Volleyball
Referee lokali magħżul għall-Kampjonati Ewropej tas-Sitting Volleyball 

Ir-referee internazzjonali tas-sitting volleyball Nello Calleja ġie magħżul mill-ParaVolley Europe bħala wieħed mir-referees ghall-Kampjonati Ewropej tas-sitting volleyball li se jsiru f’Budapest, l-Ungerija, bejn il-15 u l-20 ta’ Lulju ta’ din is-sena.  

Calleja, li huwa wkoll is-Segretarju Ġenerali ta’ ParaVolley Malta, se jkun jirrapreżenta lill-Assoċjazzjoni lokali matul l-Assembleja Ġenerali li se ssir matul l-istess ġranet.

Tnax -il tim se jieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-irġiel, fejn ic-champions renjanti, ir-Russja, se jkollhom sfida biex iżommu t-titlu mirbuħ sentejn ilu speċjalment mill-Bosnja Ħerżegovina, dawn ta’ l-aħħar rebbieħa ta’ xejn inqas minn disa’ titli mill-1999 ‘l hawn.

Fis-sezzjoni tan-nisa, il-favoriti li jżommu t-titlu huma r-Russja, li bħalissa huma wkoll champions mondjali minbarra dawk ewropej.  L-akbar sfida għar-Russi għandha tiġi mill-Ukrajina u l-Italja.

Dawn il-kampjonati se jservu wkoll bħala parti mill-proċess ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob Paralimpiku li se jsir is-sena d-dieħla f’Tokjo l-Ġappun.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Volleyball

Volleyball: Fleur-De- Lys Royal Panda rebħu l-ewwel unur tal-istaġun tal-Volleyball meta rebħu s-Super Cup tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fleaur de Lys Panda taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Salvatore Gennuso rebħu l-finali kontra…

Volleyball

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ser torganizza l-ewwel edizzjoni tal-MAPFRE Volleyfest bejn is-6 u t-8 ta’ Lulju li ġej. L-attività, li se tittella’ fil-Cottonera Sports Complex, ser issir bil-parteċipazzjoni tat-tim ta’ taħt…

Volleyball

Fleur De Lys Royal Panda huma ir-rebbieħa l-ġodda tal-kampjonat lokali tal-volleyball wara li għelbu lil Balzan Flyers 3-2 f’ logħba deċiziva wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw punti ndaqs fil-kampjonat. Dan…

Volleyball

L-Assoċjazzjoni Maltija tar-Referees tal-Volleyball (M.V.R.A.) ġiet imwaqqfa fil-bidu tal-istaġun 2015-2016 miż-żewġ referees internazzjonali tal-volleyball Frankie Tanti u Nello Calleja sabiex tieħu post il-Kummissjoni tar-Referees fi ħdan il-Malta Volleyball Association. L-għan…

Aktar