Futbol internazzjonali
Referee mara għall-UEFA Super Cup Liverpool – Chelsea
L-ewwel mara fl-istorja li se tikkontrolla partita ewlenija minn kompetizzjoni tal-irġiel

Il-Franċiża Stephanie Frappart se tirrefja l-UEFA Super Cup bejn Liverpool u Chelsea fl-14 ta’ dan ix-xahar: biex tikteb paġna ġdida fl-istorja tal-football bħala l-ewwel mara li tikkontrolla partita ewlenija minn kompetizzjoni tal-irġiel.

Frappart kienet ir-referee tal-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa bejn l-Istati Uniti u l-Olanda x-xahar li għadda.

Għas-Super Cup, Frappart se tmexxi team ta’ uffiċjali kważi kollha nisa. Hija se tkun megħjuna fuq il-linji mill-assistenti referees Manuela Nicolosi ta’ Franza u Michelle O’Neill tal-Irlanda. Ir-raba’ uffiċjal se jkun it-Tork Cuneyt Cakir.

Il-UEFA Super Cup hija kontestata bejn ir-rebbieħa taċ-Champions League u tal-Europa League u tradizzjonalment ittella’ s-siparju fuq staġun ġdid ta’ football Ewropew. L-edizzjoni ta’ dis-sena se tintlagħab f’Istanbul it-Turkija u tintwera diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Hendrik Almstadt se jinħatar Direttur Tekniku ta’ AC Milan mill-istaġun li ġej. Hu se jkun qed jieħu post l-ex plejer u leġġenda ta’ AC Milan Paolo Maldini. Fil-passat, Hendrik Almstadt…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-kampjonati u l-partiti tat-Tazzi Ewropej iridu jintemmu sat-3 ta’ Awwissu. Ceferin ta din id-data li wisq probabbli se tkun id-data tal-finali tal-UEFA Champions League…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Futbol internazzjonali

Liverpool huma l-aħħar klabb mill-Premier League Ingliż li bagħat diversi impjegati d-dar fuq leave temporanju. L-istaff affettwati minn din id-deċiżjoni se jkunu qed jirċievi xorta waħda 80% tas-salarju mill-iskema li…

Aktar