Futbol internazzjonali
Refuġjati Sirjani jikkompetu fl-ewwel kompetizzjoni tal-E-Sports

Wara ġimgħat ta’ taħriġ, tfal Sirjani kkompetew għall-ewwel darba f’E-Sports Tournament li sar f’kamp tar-refuġjati fil-Ġordan. Mitejn tifel u tifla ħadu sehem f’dan it-tournament, biż-żagħżugħ Mohammed al Hariri jirbaħ il-kompetizzjoni fl-età ta’ 14-il sena.

It-tfal li kkompetew kellhom xahrejn ta’ taħriġ intensiv, u dan minħabba li kien hemm ħafna minnhom li qatt ma’ kienu raw Play Station qabel. Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Bibliotheques Sans Frontiers u l-Fondazzjoni tat-Tfal tal-UEFA. Skont l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Futbol, il-kompetizzjoni kienet maħsuba biex tipprovdi spazju rikreattiv għat-tfal li jinsabu fil-kamp tar-refuġjati ta’ Zaatari. It-tournament dam għaddej sitti ijiem, fejn intlagħbu 250 logħba permezz tal-FIFA 20. Wara s-suċċess ta’ dan l-ewwel tournament, il-UEFA għandha ħsieb li ttella’ kompetizzjonijiet simili f’kampijiet tar-refuġjati oħra.

Fil-kamp tar-refuġjati ta’ Zaatari hemm madwar 80,000 ruħ. Dak li darba kien deżert battal, illum huwa ‘belt’ mimlija ħajja, b’persuni li kellhom jaħarbu minn żoni tal-gwerra bit-tama li jsibu ħajja aħjar. Aktar minn 40,000 persuna huma tfal u żgħażagħ li ħafna minnhom għaddew mit-trawma tal-gwerra fis-Sirja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar