Regatta
Regatta: Entużjażmu fil-Birgu hekk kif joħorġu għall-kumitat 17 -il persuna

Fil-Birgu nhar il-Ħamis li ġej se tkun qed issir il-laqgħa Ġenerali Annwali tal-Club tar-Regatta. TVM Sport fil-jiem li għaddew kien irraporta li diveri nies mill-Birgu daħlu membri fil-Club u ttesseraw ruħhom għall-ewwel darba. Din kienet indikazzjoni ċara li kien se jkun hemm interess fil-Kumitat il-ġdid. Dan kollu kien konfermat mill-Club tal-Birgu stess hekk kif TVM Sport għandu informazzjoni li meta għalaq il-perjodu tan-nominazzjonijiet kien hemm xejn inqas minn 17 -il nominazzjoni għall-kumitat 2020/21. Nies mill-Birgu li tkkelmu magħna qalu li ma jiftakrux li qatt kien hemm interess daqshekk qawwi mhux biss fil-Kumiat tar-Regatta iżda fl-ebda kumitat ta’ Club ta’ Sport ieħor fil-Birgu. L-Aħħar darba li l-Birgu kienu rebħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja kien fl-1984.

Fost dawk li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom hemm żewġ amministraturi fil-futbol lokali Marlon Galea u Gerlad Ellul it-tnejn li huma mill-Birgu flimkien mas-Sgretarju attwali Franco Scicluna li ilu għal diversi snin imexxi l-Club. Fost in-nominazzjonijiet hemm dik ukoll ta’ Disma Attard li jekk ikun elett se jkun hu li jinħatar fir-rwol ta’ President. Skond l-Istatut kif se jkun emendat u approvat fil-Laqgħa Ġenerali ta’ nhar il-Ħamis il-karigi uffiċjali jkunu mqassma fl-ewwel laqgħa tal-kumiat u mhux waqt il-Laqgħa Ġenerali.

Minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet, għal-laqgħa ġenerali ta’ nhar il-Ħamis li tibda fis-7pm se jattendu biss il-membri tal-Kumitat uxxenti u dawk li se jikkontestaw għall-kumitat ġdid, bil-membri mħallsa jkun u jistgħu jsegwu l-laqgħa b’mod virtwali. Il-votazzjoni se ssir nhar is-Sibt mit-8.30am sal-4pm fil-Kunsill Lokali tal-Birgu fejn se titmexxa mill-kummissjoni elettorali ffurmata minn Bjorn Callus bħala Chairman, Christine Bonello, Paul Bongailas, Lorna Mizzi u Eman Zerafa bħala membri.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.