Regatta
Regatta: Ian Attard u Clyde Mizzi jiffirmaw mal-Birgu

Regatta: Il-Club tal-Birgu ppreżenta l-aħħar żewġ akkwisti tiegħu għas-sena 2019. Dawn huma l-qaddiefa Ian Attard u Clyde Mizzi li huma akkwistawhom mingħand Bormla. Dawn mistennija kif għamlu f’dawn l-aħħar edizzjonijiet jaqdfu flimkien fil-Frejgatina iżda issa mal-Birgu.

Dawn iż-żewġ qaddiefa issa jingħaqda mal-qaddeifa ġodda oħra tal-Club Glenn Brincat, Kyle Abela, Axel Degiorgio, Yannick Pace, Larkin Massa, Ryan Refalo, Josef Dalli u Brendon Pace.

Il-Kumplament tal-qaddiefa tal-Club ta’ Vittoriosa huma Owen Galea, Waylon Grech, Joshua Lagana, Mariano Rodriguez, Braden Corinne, Elton Cauchi, Mel Magro u Manwel Magro. Il-qadiefa nisa Shernise Collins u Susan Zammit mistennija jaqdfu mal-Birgu wkoll is-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
.