Regatta
Regatta: Il-Kajjikk ta’ Bormla ma jinstabx ħati li daħal apposta f’dak ta’ Marsamxett
Il-Board tad-Dixxiplina kien kompost minn persuna waħda

Ftit tal-ġimgħat ilu ħarġet is-sentenza finali dwar l-appell li kienu ressqu l-Club ta’ Marsamxett Valletta fil-konfront tad-deċiżjoni tal-ġurija dwar l-inċident li seħħ fit-tiġrija tal-Kategorija ‘B’ tal-kajjikki fl-aħħar Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2020. Dakinhar il-kajjikk ta’ Bormla deher jidħol fil-kajjikk ta’ Marsamxett bil-konsegwenza li Marsamxett ma’ setgħux ikomplu t-tiġrija. Fis-sentenza finali joħroġ biċ-ċar li l-kajjikk ta’ Bormla kien ingħata struzzjoni mill-ġurija biex jiftaħ u ma jisikkax mal-Kajjikk tal-Isla li fil-verita’ ma’ sarx impatt verament bi ftit. Dak il-ħin fit-tiġrija Bormla kienu qedgħin jistinkaw għall-ewwel post mal-Isla meta skonsd is-sentenza ‘f’mument minnhom il-kajjikk ta’ Bormla dar f’daqqa u għadda min wara dak tal-Isla u ħabat mal-kajjikk ta’ Marsamxett. Fix-xiehda Adrian Casha ċ-Chief Judge qal li l-iskwalifika tal-kajjikk ta’ Bormla saret permezz tas-sirena mhux biss bil-bandiera u allura kienet konferma li l-iskwalifika tal-kajjikk ta’ Bormla saret qabel mal-ħabta bejn il-kajjikk ta’ Bormla u dak ta’ Marsamxett. Fuq il-kajjikk ta’ Bormla kienu qed jaqdfu Antoine Brignone u Josef Dalli.

Minkejja dan, il-Board ta’ Dixxiplina tal-Għaqda Regatta Nazzjonali kompost minn persuna waħda li kien l-Avukat Dustin Camilleri xorta ma sabx lil Bormla ħatja u u ddeċida li ‘l-kullużjoni ma’ ġietx ikkaġunata b’intenzjoni malizzjuża’.

Bla ebda dubju ta’ xejn din id-deċiżjoni ma niżlet xejn tajba ma’ Marsamxett li sfaw prattikament vittmi u eliminati tort ta’ xejn  f’dik it-tiġrija.

Delegati minn Clubs oħra li tkellmu ma’ TVM Sport f’dawn l-aħħar jiem qalu li filwaqt li jirrispettaw id-deċiżjoni tal-Board tad-Dixxiplina kkiritaw il-fatt li f’każ bħal dan ix-xhieda telgħu quddiem board magħmlul minn persuna waħda. Huma tennew li f’ħafna assoċjazzjonijiet sportivi Board tad-Dixxiplina jkun kompost minn tal-inqas tliet membri mhux persuna waħda.

Uffiċjal ta’ Club partikolari qal ‘Board tad-Dixxiplina għandu jkun iffurmat minn minn iktar minn persuna waħda u se nara kif dan il-ħsieb jasal għand il-President il-ġdid.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.