Regatta
FILMAT: Regatta Jum Il-Ħelsien 2019, Bormla jirbħu x-shield għat-12 -il darba fl-istorja

Il-Club ta’ Bormla rebaħ ix-Shield tar-Regatta ta’ Jum Il-Ħelsien 2019. Din kienet it-tnax -il darba li l-Bormliżi rebħu din ir-Regatta sa mill-ewwel darba li kienet saret fl-1979.

L-40 sena anniversarju sa mill-ewwel edizzjoni se jibqa’ mfakkar ukoll għall-Bormliżi hekk kif dawn rebħu wkoll ix-Shield tal-kategorija B.

Kienu Birżebbuġa li rebħu t-tiġrija speċjali tal-Frejgatini tan-Nisa fuq distanza sħiħa ta’ 1050m, bit-tieni post jieħduħ l-Isla, u fit-Tielet post il-Marsa.

Fit-tiġrijiet tal-Open Bormla rebħu erba’ paljijiet tal-ewwel minn ħamsa meta fallitilhom biss tal-Midalji li rebħuha l-Isla.

Fil-ħames tiġrijiet tal-B Bormla rebħu 3 paljijiet ta’ ewwel bit-tnejn l-oħra mirbuħa mill-Isla u Birżebbuġa.

Kienet Regatta sabiħa u għal sena oħra organiżata tajjeb mill-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdief ieħor. 11 -il tiġrija b’kollox quddiem publiku numeruż hekk kif it-temp ipermetta.

Ir-riżultati kollha nkluż il-ħinijiet miksuba mid-dgħajjes mirbuħa jinsabu fuq tvm.com.mt/sports. Intant TVM Sports se jkunu qed jipproduċi programm speċjali bil-kummentarju tat-tiġrijiet kollha nhar it-Tlieta fid-8.45pm fuq TVM2.

Regatta Jum Il-Ħelsien 2019, riżultati finali:

Tiġrija Extra tan-Nisa – Frejgatini

L-Ewwel Birzebbugia f’ħin ta’ 7:30. It-Tieni Isla  , it-Tielet Marsa

Tiġrija Nru 1: Kategorija B – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef

L-Ewwel Bormla 20 punt f’ħin ta’ 5:44. It-Tieni Isla 12 -il punt, It-Tielet  Birzebbugia 6 punti

Tiġrija Nru 2: Kategorija Open – Dgħajjes A tal-Midalji

L-Ewwel Isla 20 punt f’ħin ta’ 4:35. It-Tieni Bormla 12 -il punt, it-Tielet  Birzebbugia 6 punti.

Tiġrija Nru 3: Kategorija B – Kajjikki

L-Ewwel  Isla 12 –il punt  f’ħin ta’ 6:26. It-Tieni Birgu 8 punti, it-Tielet Kalkara 4 punti

Tiġrija Nru 4: Kategorija Open – Frejgatini

L-Ewwel Bormla 12 -il punt  f’ħin ta’ 6:48. It-Tieni  Kalkara 8 punti, it-Tielet  Marsa 4 punti

Tiġrija Nru 5: Kategorija B – Tal-Midalji

L-Ewwel Bormla 20 punt  f’ħin ta’ 4:42. It-Tieni Isla 12 -il punt, it-Tielet  Birgu 6 punti

Tiġrija Nru 6: Kategorija Open – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġt Imqadef

L-Ewwel Bormla 20 punt  f’ħin ta’ 5:28. It-Tieni Marsamxett 12 –il punt, It-Tielet Isla 6 punti

Tiġrija Nru 7: Kategorija B – Frejgatini

L-Ewwel Birzebbuga 12 -il punt  f’ħin ta’ 6:58. It-Tieni Isla 8 punti, it-Tielet  Birgu 4 punti

Tiġrija Nru 8: Kategorija Open – Kajjikki

L-Ewwel Bormla 12 -il punt  f’ħin ta’ 6:13. It-Tieni  Marsa 8 punti , it-Tielet Birzebbuga 4 punti

Tiġrija Nru 9: Kategorija B – Dgħajjes B Tal-Pass b’Erba’ imqadef

L-Ewwel  Bormla 24 punt f’ħin ta’ 5:22. It-Tieni  Isla 16 -il punt, it-Tielet Kalkara 8 punti

Tiġrija Nru 10: Kategorija Open – Dgħajjes C tal-Pass b’Erba’ Imqadef

L-Ewwel Bormla 24 punt f’ħin ta’ 5:15. It-Tieni Birzebbugia 16 -il punt, it-Tielet Isla 8 punti

Klassifika Finali ‘Open’

Bormla 80 punt, Isla 34 punt, Birzebbuga 26 punt, Marsa 12 -il punt, Marsamxett 12 -il punt, Kalkara 8 punti, Birgu 0.

Klassifika Finali ‘B’

Bormla 64 punt, Isla 60 punt, Birgu 18-il punt, Birżebbuġa 18 -il punt, Kalkara 12 punti, Marsamxett  0, Marsa ma ħadux sehem.

Fi tmiem tat-tiġrijiet, il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, ippreżenta x-Shields u t-trofej lir-rebbieħa.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt. Huma rebħu…

Regatta

Bħal-lum ġimgħa festa publika fil-gżejjer Maltin fejn nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru tkun iċċelebrata l-Festa tal-Vitorja bl-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor torganizza edizzjoni oħra tar-Regatta. B’kollox din is-sena se…

Aktar