Regatta
Regatta Jum il-Vitorja 2018: Se jaqdfu n-nisa f’tiġrija bil-frejgatini

Regatta ta’ Jum il-Vitorja: Hekk kif ninsabu sitt ijiem biss ‘il bgħod mill-edizzjoni tar-Regatta ta’ din is-sena TVM Sport jinsab infurmat li l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdief ieħor se tkun qed tintroduċi tiġrija għan-nisa.

Għalkemm din mhiex l-ewwel darba li nisa se qadfu fl-opri tradizzjonali Maltin tellieqa uffiċjali ilha ma ssir għal diversi snin.

It-tiġrija se tkun fuq l-opra tal-Frejgatina bil-Clubs ta’ Birżebuġa, Marsa, Bormla, Isla, kalkara u l-Birgu kollha se jieħdu sehem. It-tellieqa tan-nisa mistennija tkun fuq distanza ta’ 500 metru ftit inqas min nofs il-korsa uffiċjali fil-preżent.

Fir-Regatta ta’ din is-sena se jerġgħu isiru għaxar tiġrijiet ħamsa fil-Kategorija A dik l-iktar prestiġjuża u ħamsa fil-kategorija B biż-żewġ dgħajjes iż-żgħar tal-kajjiki, frejgatini u bit-tliet dgħajjes il-kbar ta’ b’erba’, ta’ bi tnejn u dik tal-Midalji.

Intant il-Clubs se jkunu jafu il-korsija li fihom se jtellqu nhar is-Sibt 8 ta’ Settembru jumejn qabel hekk kif nhar il-Ħamis mistennija jittelgħu l-poloz fil-Gardjola tal-Isla.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

TVM Sport jinsab infurmat lil bħalissa għadejja negozjati mal-ex President tal-Club tar-Regatta tal-Isla Charmaine Gerada sabiex din tirritorna fit-tmexxija tal-Club. In-nixfa ta’ suċċessi fl-aħħar snin mhux biss ta’ Shields iżda…

Regatta

Ilejla TVM Sport se jkun qed iwassal xandira speċjali permezz ta’ programm fuq TVM2 tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2018. F’dan il-programm li se jibda fid-9.15pm se jixxandru t-tiġrijiet kollha li…

Regatta

Illejla ttelgħu l-poloz tal-korsiji tat-tiġrijiet tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ din is-sena. Fil-Ġnien tal-Gardjola fl-Isla fil-preżenza ta’ diversi uffiċjali tal-Clubs u qaddiefa s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima rringrazzja lill-Clubs…

Aktar