Regatta
Regatta ta’ Jum il-Vitorja: Kollox lest għal spettaklu nhar is-Sibt fil-Port il-kbir

Illejla ttelgħu l-poloz tal-korsiji tat-tiġrijiet tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ din is-sena.

Fil-Ġnien tal-Gardjola fl-Isla fil-preżenza ta’ diversi uffiċjali tal-Clubs u qaddiefa s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima rringrazzja lill-Clubs kollha tal-impenn li jagħtu tul is-sena għal dan l-isport. Hu rrimarka kif hu ta pjaċir tiegħu jinnota li min sena għal sena il-Clubs qed jagħtu spazju lill-qaddiefa żgħażagħ bil-għan li dan l-isport tradizzjonali jibqa’ jikber fil-popolarita’ tiegħu.

Stephen Paris il-Presidnet attwali tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdief ieħor tenna li hu fil-kariga ġdida se jaħdem fuq it-tajjeb li kien hemm diġa’ fl-Għaqda Regatta iżda fl-istess waqt qal li hemm ħsieb li jsiru affarijiet ġodda sabiex jibqa’ jiżdied l-interess f’dan l-isport nazzjonali. Paris ippreżenta uffiċjalment iż-żewġ Shields kemm dik tal-Open u dik tal-kategorija B li ġew restawrati wara snin twal, bir-restawr ikun finanzjat minn Sport Malta . L-ewwel darba li ingħatat ix-Shield fir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja kienet fis-sena 1955. L-ewwel tiġrija nhar is-Sibt tkun dik tan-nisa fuq il-frejgatini u mistennija tibda fis-1pm bil-qofol tar-Regatta jilħaq għal ħabta tal-4pm meta dak il-ħin isiru t-tiġrijiet kruċjali għar-rebħ tax-Shield.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Illejla TVM Sport se jkun qed jippreżenta programm ta’ diskussjoni dwar ir-Regatta. Apparti analiżi relatata mar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena fil-programm se ssir diskussjoni dwar dan l-isport inġenerali….

Regatta

TVM Sports illejla se jkun qed ixandar programm speċjali dwar ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li saret nhar il-Ħadd li għadda li ntrebħet minn Bormla. Il-programm tal-lejla se jinkludi fiħ sinteżi…

Regatta

Il-Club ta’ Bormla rebaħ ix-Shield tar-Regatta ta’ Jum Il-Ħelsien 2019. Din kienet it-tnax -il darba li l-Bormliżi rebħu din ir-Regatta sa mill-ewwel darba li kienet saret fl-1979. L-40 sena anniversarju…

Aktar