Għawm
Rekord ġdid fit-200m Butterfly minn Sarah Demicoli li tikser ir-rekord ta’ Davina Mangion ta’ 11 -il sena ilu

Għawm: Waqt il-Guildford City Short Course Level 2 Winter Open Meli li saret riċentement fir-Renju Unit, l-għawwiema tan-Neptunes WPSC Sarah Demicoli stabilixxiet rekord ġdid fuq distanza Short Course fl-avveniment tal-200m Butterfly.

Il-ħin tagħha ta’ 02:23.30 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 02:24.21, li Davina Mangion kienet stabbiliet f’Ottubru tal-2010 fil-Ġermanja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.