Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Atletika
Rekord nazzjonali tal-hammer throw minn Martini u Azzopardi tirbaħ żewġ events fir-ritorn tal-kompetizzjonijiet tal-MAAA
Imtella' Ġunju 29, 2020
Rapport: TVM Sport
Ritratti: Wally Galea

L-ewwel avveniment ta’ wara l-waqfa minħabba l-pandemija tal-Malta Amateur Athletic Association kien suċċess.

Dan l-avveniment kien ukoll l-ewwel wieħed f’era ġdida għall-Assoċjazzjoni wara l-elezzjoni ta’ President ġdid, Andy Grech kif ukoll kumitat ġdid. L-avveniment sar bil-bibien magħluqa u fir-rispett sħiħ tal-protokolli disposti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan kien l-ewwel avveniment kompetittiv fost kull sport f’Malta wara l-waqfa minħabba r-restrizzjonijiet preċedenti.

L-akbar riżultat tal-ġurnata kien ir-rekord nazzjonali ġdid fil-hammer throw għal Luca Martini (Rush AC, 56.96m), li tejjeb ir-rekord preċedenti ta’ Mario Mifsud (Allcomers Aloysians) li spiċċa t-tieni.

Fit-tellieqa tal-100 metru Luke Bezzina ta’ St.Patrick’s irritorna għar-rebħ b’ħin b’saħħtu ta’ 11.03, ħarira aktar minn ħin ta’ taħt 11-il sekonda, li tista’ tgħid hija l-ambizzjoni ta’ kull atleta elite f’pajjiżna.

Ian Paul Grech (Pembroke Athleta) u Warren Zammit, (Rush AC) spiċċaw it-tieni u t-tielet b’11.37 u 11.40 rispettivament.

Claire Azzopardi (Pembroke Athleta) rebħet il-100 metru tan-nisa b’ħin ta’ 12.38 quddiem Sarah Busuttil (Pembroke Athleta) 12.56 u Ylenia Pace 12.78 (St. Patricks).

Riżultat importanti kien reġistrat anke fit-triple jump tal-irġiel fejn Ian Paul Grech (Pembroke A.) kellu qabża ta’ 15.01 metru, li jfisser erba’ ċentimetri biss anqas mir-rekord nazzjonali, li koinċidentalment jappertjeni għall-President il-ġdid tal-MAAA. Dan ir-rekord ilu jinżamm minnu mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Lussemburgu tal-2013 fejn Grech kien rebaħ midalja tal-bronż.

Il-President tal-MAAA, Andy Grech, esprima s-sodisfazzjon tiegħu kemm għall-organizzazzjoni tal-avveniment kif ukoll għar-riżultati miksuba: “Minkejja li l-atleti ma kienux qed jikkompetu f’dawn l-aħħar erba’ xhur, ir-riżultati juri li huma u l-kowċis tagħhom qatt ma waqfu jaħdmu. Dawn ir-riżultati huma xhieda ta’ kreattività u dedikazzjoni għal dan l-isport”.

L-avveniment ristrett li jmiss huwa skedat għas-Sibt li ġej 4 ta’ Lulju.

F’riżultati oħra Antonella Chouhal (Rush AC), rebħet il-hammer throw tan-nisa b’43.78m.

Claire Azzopardi wettqet double meta rebħet ukoll it-triple jump. Azzopardi li għandha f’idejha r-rekord nazzjonali ta’ din il-kategorija, qabżet 12.34m, riżultat pożittiv ħafna f’din il-fażi tal-istaġun.

Luke Farrugia (Rush AC) rebaħ id-Discus quddiem Mario Mifsud b’50.17m kontra 38.21.m. It-tellieqa tal-400 metru rġiel kienet dominata mill-atleta ta’ Pembroke A. Christian Luke Chetcuti li temm f’51.72 filwaqt li dik tan-nisa ntrebħet minn Sarah Chouhal (Rush AC) f’ħin ta’ 1:01.05.

L-aħħar telliqa kienet dik tal-200 metru, fejn l-atleta ta’ Pembroke Janet Richard rebħet it-tellieqa femminili f’ħin ta’ 25:31 filwaqt li Jeremy Zammit, atleta li għadu fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena rebaħ dik tal-irġiel f’22.81.

 

 

Share
Miktub minn...
TVM Sport
.
@https://twitter.com/TVMSport
Aħbarijiet Oħra
Atletika mcneal
Atletika: Brianna McNeal sospiża minħabba doping
Atletika doha 2030
Il-belt ta’ Doha se tospita l-Logħob Asjatiku tal-2030
Atletika
Athletics Malta tipproponi proġett ambizzjuż ta’ modernizzar fil-Matthew Micallef Stadium
Atletika ivanov
Fir-Russja: Il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Atletika taħtar President ġdid
Aktar
L-Aħbarijiet Sportivi
15/01/2021
Għawm keller
Mandat ta’ arrest kontra l-għawwiem Amerikan Klete Keller
Futsal
UEFA Futsal Champions League: Luxol – Dobovec xandira diretta fuq tvm.com.mt/sport
Futbol lokali
FILMAT: Ħamrun jżommu l-ewwel post tal-klassifika
Futbol lokali hibs
FILMAT: Gowl ta’ Andrei Agius jagħmel id-differenza fil-logħba bejn Hibernians u Sliema
Sports Internazzjonali
ARA – Jekk ikollha tagħmilha, tagħmilha?
L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tas-Sibt 16 ta’ Jannar
FILMAT: Tarxien jaħsdu lil Balzan u jieħdu ftit tan-nifs
FILMAT: Gowl ta’ Andrei Agius jagħmel id-differenza fil-logħba bejn Hibernians u Sliema
FILMAT: Gżira jkomplu jiftgħu f’aktar problemi liċ-champions Floriana
FILMAT: Ħamrun jżommu l-ewwel post tal-klassifika
L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport: L-Erbgħa 14 ta’ Jannar 2021
ARA – Jekk ikollha tagħmilha, tagħmilha?
Żejtun jirbħu konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika
Birkirkara jegħlbu l-ostaklu Sirens
FILMAT: Ħarsa lejn l-Isport f’Malta fis-sena 2020
FILMAT: Ħarsa lejn l-iktar avvenimenti sportivi internazzjonali importanti tas-sena 2020
FILMAT: Haley Bugeja f’Malta għal ftit jiem u lura Sassuolo. Tirċievi l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Month
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back