Sparar bil-qaws
Rekords nazzjonali ġodda għal żewġ tiraturi tal-qaws

Żewġ rekords nazzjonali ġodda fl-isparar bil-qaws tan-nisa.

It-tiratriċi Maria Formosa kisret ir-rekord nazzjonali fil-marka globali meta rnexxielha tikseb 617-il punt. Hija kienet qed tikkompeti fil-kategorija Compound Women.

Min-naħa l-oħra, it-tiratriċi Vanya Gelfo kisret ir-rekord fit-tieni rawnd b’319-il punt u kisret ukoll ir-rekord nazzjonali b’total ta’ 634 punt. Gelfo kienet qed tikkompeti fil-kategorija Compound Junior Women.

Gelfo ser tkun waħda mit-tiraturi li ser tirrappreżenta pajjiżna fis-Cyprus International Archery Cup li ser issir lejn tmiem ix-xahar id-dieħel taħt il-gwida tal-kowċ John Schembri.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA