Relegation Pool: Il-Kobba tibqa’ mħabbla

Kampjonat BOV Premier

Relegation Pool

Rabat…..1

Vittoriosa…..2

F’partita mir-relegation pool, Vittoriosa rebħu wara li kienu gowl min taħt. Azzjoni ta Ryan Micallef, li ġie miġbud fil-kaxxa, mill player, Clive Brinca bir Referee Farrugia mill-ewwel ordna penalty, li minnu l-istess Micallef, mill-ħdax -il metru , għeleb lil Mario Muscat 1-0.

Fit 30 min. Vittoriosa viċin li jiksbu l-goal tad-draw, meta Free kick mogħti minn Oscar Guererro, ballun spiċċ mal-lasta…..pero’ minuta wara Birgu kisbu draw meta, Sidibe  għadda l-ballun lil Marcelo Perreira, li bix-xutt angulat tiegħu, qarraq bil-goalkeeper, Velimirovic, bil-ballun spiċċa fix xibqa 1-1.

Fit 42 min.Vittoriosa marru fil-vantagġġ meta b’azzjoni personali Marcelo Perreira , dar ma difensur rabti u spara fix-xibqa, għall skor ta’ 2-1

Riżultat finali Rabat Ajax 1 vs Vittoriosa Stars 2 .

BOV Player tal-logħba …Marcelo Perreira (Vittoriosa S )

==========================

Kampjonat BOV Premier

Relegation Pool

Tarxien ……0

Floriana……..2

Il-players furjaniżi taw nifs kbir lill-partitarji tagħhom u resqu viċin is-salvazzjoni meta ħadu tliet punti fil-logħba kontra Tarxien Rainbows meta rebħu 2-0.

Floriana fetħu l-iskore minn Gary Muir minn penalty u wara għalaq l-istorja tal-konfront Diogo Pinheiro de Souza għaxar minuti mit-tmiem.

================================

Kampjonat BOV Premier

Relegation Pool

Qormi………1

Naxxar …….0

L-ewwel azzjoni waslet fit-8 minuta meta xutt angolat ta’ Gabriel da Silva għadda ftit gholi.

Biex Qormi perikolużi żewg minuti wara fejn cross ta’ Grech sab lil Pereira da Silva li bir-ras laqat sieq il-lasta. Fl-14 il-minuta xutt fil-baxx ta’ Gabriel ġie mdawwar f’corner minn Azzopardi.

L-ewwel azzjoni denja minn Naxxar waslet fil-35 minuta meta minn cross ta’ Bellia kien Terence Scerri li minn qagħda tajba bir-ras xeħet għoli.

Fl-ewwel parti tat-tieni taqsima kienu Naxxar l-aktar insidjużi fejn fit-62 minuta xutt ta’ Angus Buhagiar spiċċa barra. U żewġ minuti wara xutt centrali ta’ Gilmar kien newtralizzat mill-goalkeeper Farrugia.

Erbatax il-minuta mit-tmiem Naxxar spiċċaw b’għaxra dan wara li Gilmar intwera t-tieni karta safra għal foul ta’ simulazzjoni.

Fit-88 minuta Effiong falla ċans tajjeb ta skor. U mad-90 minuta minn free kick ta’ Pereira l-goalkeeper Azzopardi salva u ma żammx b’Angus Buhagiar itajjar minn fuq il-linja bil-ballun jasal għand Cantoro bix-xutt tiegu jistampa mal-mimduda.

Fil-ħin mogħti żejjed Qormi skurjaw il-gowl tar-rebħa meta kien Grech li qassam lejn ALFRED EFFIONG li wara li dar mal-goalkeeper avversarju tefa fix-xibka.

Riżultat finali Naxxar -Qormi 0-1

BOV Player tal-Logħba – Gabriel da Silva ( Naxxar)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.