Local Sports
Richard Josef Schultheis jingħata għotja minn The Jonathan Chetcuti Program bħalha għajnuna fl-iżvilupp tal-karriera sportiva tiegħu

Richard Josef Schultheis ingħata għotja minn The Jonathan Chetcuti Program bħalha għajnuna fl-iżvilupp tal-karriera sportiva tiegħu.

Din l-għotja saret fl-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Jonathan Chetcuti, ko-fundatur tal-programm, ‘The Concept Stadium’ li miet f’Mejju 2020, fl-età ta’ 41 sena.

Chetcuti kellu mħabba kbira għall-isport u kien beda dan il-programm. Hu kien jilgħab anki t-tennis u l-volleyball u waħda mix-xewqat tiegħu kien li jgħin lill-atleti żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom fl-isport biex ikunu jistgħu jirrapreżentaw lil Malta bl-aħjar mod.

‘The Jonathan Chetcuti Program’ kien twaqqaf biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lejn l-iżvilupp ta’ individwi biex isaħħu l-eċċellenza tagħhom fl-isport li jipprattikaw.

Id-donaturi ta’ dan il-programm huma Elaine Bonello, mart Chetcuti, u Jonathan Dalli, ħabib vicin ħafna ta’ Chetcuti u s-sieħeb tiegħu f’The Concept Stadium.

Huma ippreżentaw din l-għotja lil Richard Josef Schultheis filwaqt li pprovdew ukoll ħwejjeġ sportivi magħmulin apposta b’rabta mal-programm.

Richard Schultheis ġej minn familja ta’ baħħara u kompla dan il-legat billi beda jbaħħar mal-Optimist Class 2012 fl-età ta’ 7 snin.

Il-Kumitat Olimpiku Malti intalab biex, bħala sieħeb indipendenti, jamministra l-proċess ta’ selezzjoni tal-atleta.

Miktub minn...
TVM Sport