Sport Lokali
Richard Schultheis ippreżentat bit-trofew tal-Atlas Youth Athlete of the Month ta’ Lulju 2020

Fl-aħħar jiem saret ukoll il-preżentazzjoni tal-Atlas Youth Athlete of the Month lill-baħħar żagħżugħ Richard Schultheis li jipprattika l-isport tal-Ibburdjar.
Schultheis kien rebaħ l-unur b’inizjattiva konġunta bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u Atlas Insurance tax-xahar ta’ Lulju iżda minħabba l-impenji tiegħu f’diversi Regattas madwar l-Ewropa l-iktar fil-Ġermanja, ma setax jirċievi fiżikament it-trofew. Il-Preżentazzjoni fl-aħħar jiem tas-sena 2020 lil Richard Shulthies saret minn David Cassar Manager – Business Development & Marketing ta’ Atlas Insurance.

Il-Ġimgħa d-dieħla mistenni jitħabbar ir-rebbieħ tal-aħħar unur tas-sena; ta’ Diċembru 2020. Wara dan, it-tnax -il rebbieħ jikkompetu bejniethom għall-unur tal-Atlas Atleta tas-sena b’vot konġunt bejn panel ta’ tliet ġurnalisti u tal-publiku ġenerali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.