Motorsport
Ricky Brabec u Nasser al-Attiyah jirbħu t-tielet stadju tar-Rally tal-Marokk

L-Amerikan Ricky Brabec u l-Qatari Nasseri al-Attiyah rebħu t-tielet stadju fil-kategoriji rispettivi tagħhom waqt ir-Rally tal-Marokk.

Fuq il-mutur tiegħu, Brabec daħal quddiem il-Ġermaniż Sebastian Buhler u quddiem il-kompatrijott Andrew Short. Bir-rebħ tat-tielet stadju Brabec mar fuq quddiem fil-klassifika ġenerali.

Min-naħa l-oħra, Nasser al-Attiyah rebaħ it-tielet stadju konsekuttiv fil-kategorija tal-karozzi. Fuq it-Toyota huwa daħal fl-ewwel post u kompla jkabbar id-distakk fil-quċċata tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA