Futbol internazzjonali
FILMAT: Rimonta mill-aqwa minn Liverpool li jgħaddu għall-final ta’ Madrid

UEFA Champions League 2018/19

Semi Finali Leg 2

LIVERPOOL ……………………. 4

BARCELONA…………………… 0

(Liverpool jgħaddu b’aggregate ta’ 4-3)

Liverpool wettqu rimonta inkredibbli f’Anfield meta għelbu lil Barcelona 4-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 4-3 għat-tieni finali konsekuttiva tal-UEFA Champions League. Liverpool ma bdewx favoriti wara t-telfa ta’ 3-0 fil-Camp Nou iżda b’doppjetti ta’ Origi u Wijnaldum it-tim ta’ Klopp wettaq dak li deher impossibli biex fl-1 ta’ Ġunju jmur Madrid għall-finalissima kontra Ajax jew Tottenham.

Bidu qawwi minn Liverpool li wara seba’ minuti fetħu l-iskor meta xutt ta’ Henderson kien parzjalment salvat minn Ter Stegen u mir-rebound kien Origi li kompla għal ġewwa. Fl-14-il minuta risposta ta’ Barcelona bix-xutt ta’ Messi salvat minn Becker.

Barcelona bdew isibu spazji bil-kontrattakki u resqu qrib b’xutt ta’ Coutinho salvat minn Becker u ftit wara Messi xeħet ftit barra. Fit-23 minuta azzjoni ta’  Mane li qassam lejn Robertson li mpenja lil Ter Stegen.

Il-logħba baqgħet mill-iktar interessanti bit-tim ta’ Barcelona jersaq viċin fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta Messi qassam lejn Jordi Alba li ra x-xutt tiegħu imblukkat mill-goalkeeper ta’ Liverpool Becker.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Klopp introduca lil Wijnaldum u dan bla dubju kellu effett determinanti fuq il-logħba fejn skorja doppjetta f’temp ta’ minuta u nofs.

Fl-54 minuta Liverpool irduppjaw meta Alexander-Arnold rebaħ ballun tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn Wijnaldum li spara fix-xibka. Minuta u nofs wara Liverpool għamluhom tlieta meta mix-xellug Shaqiri qassam lejn Wijnaldum li bir-ras xeħet fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Barcelona dehru għal kollox maħsuda iżda wettqu reazzjoni fit-68 minuta bix-xutt ta’ Messi minn qagħda angolata salvat minn Becker. Fid-79 minuta Liverpool dawwru għal kollox ir-riżultat meta Alexander-Arnold ħasad klill-avversarji b’korner veloċi li minnu Origi b’xutt mill-ewwel spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Aktar