Futbol internazzjonali
Rimonta mill-aqwa ta’ Valletta fit-tieni taqsima

Valletta wettqu rimonta tajba fit-tieni taqsima biex kisbu riżultat importanti ta’ 2-2 kontra Dudelange fil-Lussemburgu fl-ewwel leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions league.

Dudelange bnew vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel taqsima b’gowls ta’ Adel Bettaieb fis-26 minuta u permezz ta’ Dominik Stolz fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima ritorn mill-aqwa taċ-champions Maltin fejn fl-64 minuta l-akkwist il-ġdid il-Brażiljan Packer skorja direttament minn freekick, u sitt minuti wara l-istess Packer żmarka lil Jean Borg li kiseb id-draw.

Valletta spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers meta fid-90 minuta Rowen Muscat dabbar it-tieni karta safra u b’hekk jitlef il-logħba ta’ ritorn f’Ta’ Qali l-ġimgħa d-dieħla.

Valletta lagħbu b’din il-formazzjoni:

Valletta: H. Bonello, J. Borg, S. Borg, M. Fontanella, S. Malano (N. Pulis 52’), R. Muscat, K. Nwoko, Packer (A. Monticelli 83’), E. Pena Beltre, K. Tulimieri (S. Dimech 62’), J. Zerafa.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Eku tal-każ ta’ allegat stupru ta’ Cristiano Ronaldo. Każ magħluq għall-investigaturi hekk kif il-prosekuzzjoni u l-pulizija ta’ Las Vegas qalu li ma hemmx provi biżżejjed sabiex il-player Portugiż jiffaċċja proċeduri…

Futbol internazzjonali

Il-Manchester United Supporters Club se jkun qed jiċċelebra s-sittin sena anniversarju sa mit-twaqqif tiegħu f’Malta permezz ta’ sposnor ġdid hekk kif il-kumanija IZIBET u l-Club għadhom kif ffirmaw ftehim ta’…

Futbol internazzjonali

Arsenal huma mistennija li jkomplu jkunu attivi matul dan is-suq tat-trasferimenti wara li rapporti qegħdin jgħidu li laħqu ftehim ma’ Dani Ceballos ta’ Real Madrid. Wara li Aaron Ramsey ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-Portugiż Cristiano Ronaldo mhux ser ikun qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ stupru f’Las Vegas minħabba li skont il-prosekuturi ma jistax jiġi ppruvat mingħajr l-iċken ħjiel ta’ dubju li hu wettaq dan…

Aktar