Rio 2016 – Atleta Maltija fl-ewwel post fil-heat tal-100m

L-atleta Maltija Charlotte Wingfield kisbet l-ewwel post b’ħin ta’ ħdax punt tmienja sitta sekondi fir-rawnd preliminari, it-Tielet Heat tal-100 metru tal-atletika.

Charlotte Wingfield issa kkwalifikat għall-ewwel round.

Hija naqset li tikser ir-rekord Nazzjonali tagħha stess għal zero punt wieħed sebgħa sekondi.

Rekord Nazzjonali għal din l-atleta li huwa ta’ ħdax punt sitta disgħa sekondi, miksub f’Baku fl-ewwel edizzjoni tal-European Games, f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

F’Ġunju li ghadda fit-Tuneżija hija rebħet medalja tal-bronż fil-Kampjonati tal-Mediterran ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena f’ħin ta’ ħdax punt żero seba’ sekondi, waqt li fil-Kampjonat Ewropew f’Amsterdam f’Lulju li għadda kisbet ħin ta’ ħdax punt disa’ sekondi.

Miktub minn...
Rodney Vassallo