Ritorn għal Stuart Pearce ma’ Nottingham Forest

L-eks difensur internazzjonali Ingliz Stuart Pearce li dan l-aħħar mexxa lit-Tim Nazzjonali Ngliz ta’ taħt il-21 sena, mill-istaġun li ġej se jirritorna mal-ewwel klabb tiegħu bħala manager.

Propju l-Ħamis fil-għodu ħarġet il-konferma li Stuart Pearce mill-istaġun li ġej se jmexxi lill-klabb tac-Championship Nottingham Forest, wara li dan l-aħħar dawn keċċew lill-manager Billy Davies.

Uffiċjalment Pearce isir manager fis-City Ground mill-ewwel ta’ Lulju li ġej.

Sid il-klabb minn East Midlands, Fawaz Al Hasawi ikkonferma l-aħbar permezz ta’ Twitter, min-naħa tiegħu Stuart Pearce esprima s-sodisfazzjon tiegħu li se jkun qed jirritorna ma Nottingham Forest, klabb bi storja kbira, hekk kif isimhom qiegħed mal-lista tar-rebbieħa tal-iktar kompetizzjoni prestiġġjuża fl-Ewropa, dak iż-żmien it-Tazza tac-Champions.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Amerikan Inter Miami ffirmaw lil Blaise Matuidi wara li dan ħalla lil Juventus ftit tal-jiem ilu. It-tim mill-Major League Soccer ma ħallsu xejn għas-servizzi tal-Franċiż li fil-passat rebaħ it-Tazza…

Futbol internazzjonali

Barcelona – Bayern Munich Illejla jkun eliminat wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej meta Barcelona jaffaċċjaw lil Bayern Munich. Il-Katalani tilfu biss logħba waħda mill-aħħar tlettax li lagħbu f’kull kompetizzjoni, u f’dan…

Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Aktar