Ċikliżmu
Riżultati mħallta għaċ-ċiklisti Maltin fic-cycle of cycling Tour fit-Tuneżija, Christian Formosa l-aħjar fost il-Maltin

Dan l-aħħar it-Tim Nazzjonali tal-Irġiel taċ-Ċikliżmu pparteċipa fit-12-il ċiklu ta’ ċikliżmu bejn ajruporti organizzat mill-Università tat-Tuneżija bi sħab mal-avjazzjoni ċivili u l-ajruporti Tuneżini. It-tiġrijiet kollha flimkien kienu fuq distanza totali ta’ 708 km maqsuma f’ħames stadji li bdew minn quddiem l-ajruport ta’ Kartaġni f’Tuneż nhar it-Tlieta, 12 ta’ Novembru 2019, u spiċċaw fis-16 ta’ Novembru f’Jerba. Il-Ministru tat-turiżmu u l-industriji tradizzjonali u l-ministru aġenti tat-trasport tat-Tuneżija, Rony Trabelsi ta l-bidu ta’ dan it-Tour.

It-tim Nazzjonali Malti li kien iffurmat minn Etienne Bonello, Maurice Formosa, Christian Formosa, Jason Vella, Clive Bugeja u Clive Ebeje. Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni mexxa l-grupp. Huwa kien assistit minn Charles Sammut, mekkanik u mill-fiżjoterapista Darren Abdilla. Din l-ġimgħa ipenjattiva bdiet minn Tunis sa Monastir fuq distanza ta’ 117 km f’temp kollu xita li għamel din it-tiġrija ferm diffiċli għaċ-ċiklisti kollha. It-tieni tappa kienet minn Monastir – Sfax fuq distanza ta’ 145 km. It-tielet tappa fuq distanza ta’ 104 km saret bejn Gafsa – Tozeur filwaqt li r-raba’ waħda kienet minn Tozeur sa Douz għal 124 km. Il-ħames u l-aħħar tappa tat-Tour saret minn Matmata sa Djerba fuq distanza ta’ 162 km.

Fil-klassifika ġenerali l-ewwel Malti kien Christian Formosa li spiċċa fit-23 post. F’pożizjonijiet oħra warajh spiċċaw Clive Ebejer u Clive Bugeja.  Iċ-ċiklisti l-oħra ntlaqtu minn inċidenti separati fejn kemm Etienne Bonello u Maurice Formasa kellhom inċidenti waqt it-tieni tappa li kienet minn Monastir sa Sfax, b’Bonello ikolli jittieħed l-isptar fejn saruli xi punti f’irkoptu u b’hekk kellu jabbanduda t-Tour. Maurice Formosa f’waħda mill-waqgħat li kien hemm, ġarrab ħsarat kbar fir-rota tiegħu. Jason Vella kellu jabbanduna wkoll it-Tour minħabba li ħassu ma jiflaħx fl-aħħar ġurnata.

Dan it-Tour intrebaħ mill-Alġerin Yacine Hamza, b’sieħbu tal-istess Nazzjonali Alġerina Oussama Cheblaoui jispiċċa warajh. Fit-tielet pożizjoni spiċċa Khaled Kammoun tat-tim Nazzjonali tat-Tuneżija.

Kollox ma’ kollox din kienet ukoll esperjenza oħra utli għaċ-ċiklisti Maltin bit-tħejjija biex  jgħollu l-livelli tajbin tagħhom fid-dawl tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li mistenni li jsir sentejn oħra f’Andorra.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt ta’ Mario Iriolo, ex-Segretarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fl-għomor ta’ 68 sena. Huwa kien attiv ħafna fil-kommunità Mostija fejn għamel ħafna ġid fosthom fl-istess Federazzjoni tagħna, f’għaqdiet tal-parroċċa Mostija, f’oqsma…

Ċikliżmu

Iċ-ċiklist mill-Afrika t’Isfel Nicholas Dlamini sofra minn ksur f’idu wara argument li qam bejnu u bejn il-park rangers waqt li kien għaddej bir-rota mill-Park Nazzjonali Table Mountain. Stqarrija li ħarġu…

Aktar