Fight Sports
Robert Whittaker jegħleb lil Darren Till fl-avveniment finali tal-UFC Fight Island

L-ex champion tal-UFC middleweight Robert Whittaker għeleb lill-Ingliż Darren Till fl-avveniment finali tal-UFC Fight Island li sar ilbieraħ f’Abu Dhabi.

L-Awstraljan ta’ 29 sena, li kien tilef il-ġlieda tiegħu tal-UFC kontra Israel Adesanya f’Ottubru li għadda, kien ilu wieqaf għal diversi xhur mill-ġlied kompetittiv biex jirkupra minn injury li kellu.

Hu rritorna fir-ring ilbieraħ wara nuqqas ta’ disa’ xhur u fi ftit żmien wasal biex rebaħ dan it-titlu.

Aktar minn 100 ġellied kienu f’Abu Dhabi għal dawn l-avvenimenti li saru mill-11 ta’ Lulju u ntemmu lbieraħ b’kollha kemm huma li kellhom iżommu mal-protokolli tas-saħħa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Hekk kif illejla se jsir l-avveniment tant mistenni l-UFC 249, li fiha se jiġġieled l-Amerikan Tony Ferguson, ġlieda minnhom kellha titħassar.  Dan wara li tliet persuni, fosthom ġellied irriżultaw pożittivi…

Il-ġellied tal-mixed martial arts Conor McGregor kien arrestat f’Miami Beach, l-Istati Uniti, ilbieraħ. Dan wara li ddaħħal rapport fit-Turner Guilford Knight Correctional Center ta’ Miami li McGregor kien kisser telefon…

Ftit tal-jiem ilu, għall-ewwel darba f’Malta kienu organizzati il-Kampjonati Ewropej tal-Karate kif ukoll l-ewwel it-Tazza tad-Dinja tal-Kobudo.  B’kollox ikkompetew f’malta mal-1,400 atleta f’xejn inqas minn 230 kategorija. Malta kienet rapreżentata mill-Iskola…

Riżultat ieħor prestiġjuż jinkiseb fi Bratislava, l-iSlovakja, fejn SKSM ikkompetiet b’tim ieħor differenti, did-darba ta’ 5 atleti.  Għall-Kampjonati ‘Slovakia Karate Open’ li hu rikonoxxut mill-World Union Karate Federation attendew 541…

Aktar