Futbol internazzjonali
Roberto Mancini jindirizza l-ewwel konferenza stampa bħala kowċ tat-team nazzjonali taljan

Il-Kowċ il-ġdid tat-team Nazzjonali taljan Roberto Mancini kien ippreżentat lill-media internazzjonali t-Tlieta f’nofsinhar f’Coverciano.

F’Konferenza stampa twil 45 minuta Mancini qal li jinsab onorat li ntgħġażel għal din il-kariga u se jagħmel ħiltu sabiex it-team nazzjonali taljan jerġa’ jkun protagonista fost l-aħjar teams fid-Dinja.

Mancini ċċaħħad minn pakkett finanzjaru ikbar meta bi ftehim mal-Club Russu ta’ Zenit inħall mill-kuntratt li kien għad fadallu ma’ dan il-Club.

Fil-jiem li ġejjien Mancini se jkun qed imexxi lit-team nazzjonali tal-football taljan għal ‘stage’ ta’ xejn inqas minn sebat ijiem fejn fihom se jkunu qed jintlagħbu tliet partiti ta’ ħbiberija kontra l-Arabja Sawdija it-Tnejn 28 ta’ Mejju, kontra Franza l-Ġimgħa l-1 ta’ Ġunju u kontra l-Olanda t-Tnejn 4 ta’ Ġunju.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama. President Għaqda Ġurnalisti Sports Malta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Harry Kane, l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, inħatar captain tat-tim nazzjonali Ingliż. Kane se jkun qed imexxi lill-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. L-aħbar ingħatat minn Gareth Southgate, Manager tat-tim nazzjonali Ingliż. Kane,…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Hekk kif illum l-Arġentina ħabbru l-lista proviżorja għat-Tazza tad-Dinja 2018, il-player atakkant ta’ Inter Icardi tħalla barra mil-lista. Fost dawk magħżula kif kien mistenni għall-Arġentina Lionel Messi, Sergio Aguero, Paulo…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Il-Kowċ Nazzjonali tal-Belġju l-Ispanjol Roberto Martinez ħasad lill-partitarji Belġjani hekk kif ħalla barra mill-iskwadra proviżorja għat-Tazza tad-Dinja lill-Midfielder Radja Nainggolan li jilgħab ma’ Roma fl-Italja. Martinez tenna li hu mar…

Aktar