Futbol internazzjonali
Roberto Martinez jestendi l-kuntratt mal-FA Belġjana b’sena

Il-coach Spanjol Roberto Martinez, kien konfermat fil-kariga ta’ coach tat-team Nazzjonali tal-Football tal-Belġju.

Martinez li għandu 46 sena, kien ħa f’idejh it-team Belġjan fl-2016 u fil-kuntratt oriġinali mal-FA Belġjana kellu l-kuntratt suppost jiskadi fi tmiem il-kampjonat UEFA Euro 2020.

Il-Kuntratt tiegħu issa kien imġedded b’sena sabiex jibqa’ jmexxi t-team u jwasslu għall-kampjonati ewropej li issa ġew posposti b’sena.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Futbol internazzjonali

It-Tnejn filgħaxija Liverpool żvelaw li akkwistaw lid-difensur laterali Kostas Tsimikas. Dan kien l-ewwel akkwist tar-Reds f’dan is-suq tat-trasferimenti, u Tsimikas ser ikun qed jikkompeti m’Andy Robertson għal post fuq il-linja…

Aktar