Tennis
Roger Federer jawgura lil Rafael Nadal wara li laħqu fir-rebħ tat-titli

L-Iżvizzeru Roger Federer m’għadux waħdu bir-rekord ta’ Grand Slams mirbuħa, għax issa ntlaħaq minn Rafael Nadal. Bir-rebħ tar-Roland Garros ilbieraħ, Nadal rebaħ l-20 Grand Slam fil-karriera tiegħu u b’hekk laħaq ir-rekord ta’ Federer. Rafael Nadal xejjen l-isfida ta’ Novak Djokovic fi tliet sets, 6-0, 6-2, 7-5, biex b’hekk rebaħ 13-il Grand Slam fi Franza.

Fuq Twitter, Roger Federer feraħ lil Nadal u qal li t-tnejn li huma għenu lil xulxin isiru plejers aħjar bir-rivalità sportiva ta’ bejniethom. Nadal t’34 sena, tilef biss żewġ logħbiet fl-Open ta’ Franza, u bir-rebħ ta’ dan l-Open fetaħ sfida ġdida għal min ser jirnexxilu jmur fuq quddiem fil-Grand Slam li jmiss. Roger Federer li għandu 39 sena tilef l-Open tal-Istati Uniti u ta’ Franza għax għadu qed jirkupra minn injury, u qed jistenna li jikkompeti fl-Open tal-Awstralja s-sena d-dieħla.

Novak Djokovic jinsab tliet Grand Slams ‘il bogħod mir-rekord ta’ Federer u Nadal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA