Tennis
Roger Federer u martu jagħtu miljun Frank Żvizzeru lill-familji vulnerabbli

L-Iżvizzeru Roger Federer ingħaqad ma’ numru kbir ta’ persuni sportivi li qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Federer flimkien ma’ martu, taw donazzjoni ta’ miljun Frank Żvizzeru lill-familji vulnerabbli fl-Iżvizzera li qegħdin ibatu minħabba l-Covid-19. Fl-Iżvizzera s’issa ġew infettati kważi 11,000 persuna mill-imxija tal-Covid-19 u sfortunatament 153 tilfu ħajjithom b’riżultat ta’ dan il-virus. Permezz ta’ Twitter, Federer ħeġġeġ aktar persuni sportivi sabiex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom, u jittama li l-kontribuzzjoni tiegħu hija biss il-bidu tal-għajnuna li tista’ tingħata lill-familji biex jegħlbu dan il-virus.

Fil-preżent, Federer jinsab wieqaf mil-logħob minħabba li qed jirkupra minn operazzjoni f’irkopptu li saritlu x-xahar li għadda. Hu kien qed jittama li jirritorna fil-court f’Ġunju li ġej għall-Open ta’ Wimbeldon, imma probabbli ser ikollu jistenna aktar biex jagħmel ir-ritorn tiegħu. L-istaġun tat-tennis s’issa jinsab sospiż sas-7 ta’ Ġunju li ġej minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Tennis. Il-Women’s Tennis Association issospendiet l-attivitajiet tagħha sat-tieni ġurnata ta’ Mejju hekk kif il-pandemija tal-Coronavirus kompliet tħalli ħerba sħiħa fil-kalendarju sportiv mondjali. Kelliem għal din l-assoċjazzjoni qal li t-turnaments li…

Tennis

Il-finali tal-Federations Cup ġew posposti għal data li trid titħabbar aktar ‘il quddiem. Dawn il-finali kellhom isiru f’Budapest, l-Ungerija, ix-xahar id-dieħel, filwaqt li diversi playoffs kellhom jintlagħbu fi bliet differenti…

Tennis

L-Organizzaturi tal-Open tal-Istati Uniti f’Indian Wells ikkanċellaw it-tournament ftit sigħat qabel kellu jibda t-Tlieta 10 ta’ Marzu. Wara li feġġew diversi każijiet ġodda tal-coronavirus fin-nofsinhar ta’ California, l-organizzaturi ddeċidew li…

Tennis

It-tennista Russa Maria Sharapova ħabbret permezz ta’ artiklu fuq il-magazine Vanity fair li se tkun qed tirtira mit-tennis kompettitiv Sharapova għandha 32 sena u fil-karriera tagħħa rebħet ħames Grand Slams….

Aktar