Ibburdjar
Rolex Middle Sea Race: Il-jott Franciż Courrier Recommandé jirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena

Rolex Middlea Sea Race: Il-jott Franciż Courrier Recommandé, misjuq binn Géry Trentesaux, huwa r-rebbieħ tar-Rolex Middle Sea Race li qed tiċċelebra il-ħamsin anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Meta baqa’ biss żewġ jottijiet fuq il-baħar, Trentesaux żied it-titlu tar-Rolex Middle Sea Race, mar-rebħa tar-Rolex Fastnex, li kiseb fl-2015, fost suċċessi oħra li dan il-baħħar kiseb matul is-snin.

It-tieni post, ġie l-jott mir-Repubblika Ceka Bohemia Praha Debra, Figaroo II, ta’ Milan Tomek, erba’ siegħat wara Courrier Recommandé.

Jott Franciż ieħor, l-MN43 Albator, misjuq minn Philippe Frantz ħa it-tielet post fuq il-podju. Trentesaux u l-ekwipaġġ tiegħu ser jkunu mogħtija it-trofew spettakolari tar-Rolex Middle Sea Race u arloġġ Rolex matul l-għoti tal-premijiet nhar is-Sibt 27 ta’ Otturbur, fid-Dar tal-Mediterran għal-konferenzi fil-Belt, Valletta.

Trentesaux huwa wieħed mill-aqwa baħħara Franċiżi u wara ir-rebħa tiegħu fir-Rolex Fastnet fl-2015, stqarr li ser jirtira mill-kompetizzjoni offshore. Kien ta’ pjaċir għar-Royal Malta Yacht Club li jilqa li Trentesaux fil-Club.

Courrier Recommandé huwa it-tielet jott Franċiż li rebaħ it-trofew, wara Antares fl-1981 u Spirit of Ad Hoc ta’ Thierry Bouchard’s fl- 2008.

Miktub minn...
TVM Sport