Ibburdjar
Rolex Middle Sea Race – Jibdew jaslu lura Malta l-ewwel jotts

Fir-Rolex Middle Sea Race, l-ewwel Multihull li daħal lura pajjiżna dal-lejl kien il-Maserati Multi 70 tal-iskipper Giovanni Soldini. Il-Maserati daħal għall-ħabta tal-11:30pm, filwaqt li daħlu wkoll diversi jotts oħra, fosthom ir-Rambler tal-Amerikan George David, li daħal fil-port fit-3am. Jidher li r-Rambler ser ikun hu li jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race ta’ din is-sena. S’issa daħlu wkoll il-Multihull Powerplay tal-Ingliż Ned Collier Wakefield u l-Momo tal-Ġermaniż Dieter Schon.

Il-jott immexxi mill-iskipper Ingliż Tom Brewer, Nikata, jinsab fl-aħħar kilometri tiegħu sabiex jidħol Malta, u l-iskipper Ġermaniż Maximilian Klink jinsab dieħel warajh maqtugħ bi ftit kilometri oħra. L-iskipper Malti Ramon Sant Hill fuq il-Comanche Raider jinsab nieżel lejn Pantalleria, qabel ma jdur ma’ Lampedusa u jasal lura Malta.

S’issa jkun għadu mhuwiex deċiż min rebaħ il-kompetizzjoni ta’ din is-sena, bir-rebbieħ jitħabbar aktar tard matul din il-ġimgħa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott minn Hong Kong, Scallywag, spiċċa kellu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart meta kien jinsab fir-raba’ post. Il-jott li huwa ta’ Seng Huang Lee irnexxielu jaqbeż Sydney Heads meta…

Ibburdjar

Is-super-maxi Awstraljan, Black Jack, jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney – Hobart. F’din l-74 edizzjoni ta’ waħda mill-aktar tlielaq prestiġġjużi fid-dinja tal-ibburdjar, Black Jack kien l-ewwel wieħed li dar ma’ Sydney…

Aktar