Sport tal-Baħar
Rolex Middle Sea Race: Jitqassmu l-premjijiet lir-rebbieħa Maltin

Il-jott Malti, Elusive 2, tal-aħwa Maya, Aaron u Cristoph Podesta u l-jott Maxi Amerikan Rambler ta’ George David ħadu l-ogħla unuri fl-avveniment tant prestiġġjuż tar-Rolex Middle Sea Race.
Dalgħodu f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta saru l-għoti tal-premjijiet fil-preżenza tal-Eċċellenza Tiegħu Dr. George Vella, President ta’ Malta, flimkien ma’ numru ta’ ambaxxaturi u dinjitarji. Dr. Vella wera il-pjaċir tiegħu li jkun preżenti u faħħar ix-xogħol li r-Royal Malta Yacht Club għamlet sabiex jittella’ avveniment bħal dan. Hu rrikonoxxa l-attendenza tal-jottijiet minn 23 pajjiz, xhieda tar-rispett li din it-tellieqa għandha fuq livell internazzjonali.
Il-Commodore Godwin Zammit irringrazzja lit-tim tal-RMYC għall-ħidma tagħhom, kif ukoll l-entitajiet u awtoritajiet li taw l-appoġġ kollu meħtieġ.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Ir-Rolex Middle Sea Race tas-sena li għaddiet ħalliet impatt pożittiv ta’ erba’ miljun u seba’ mitt elf ewro fuq l-ekonomija Maltija. Studju ppreżentat minn Yachting Malta wera li d-940 persuna…

Sport tal-Baħar

Numru kbir ta’ surfboards inqerdu fin-nirien li ħakmu l-Awstralja fl-aħħar ġimgħat. Dan żvelah is-surfer Awstraljan David Ford li kellu kollezzjoni ta’ 260 vintage surfboard li issa kollha spiċċaw maħruqa. Skont…

Sport tal-Baħar

Il-kompetizzjoni tas-surfing fl-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi, minflok ser issir 15,000 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Franċiża. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing aċċettat proposta li l-kompetizzjoni tas-surfing issir f’Tahiti, fl-Oċean Paċifiku. Tahiti…

Sport tal-Baħar

Fl-età ta’ 47 sena, Kelly Slater baqa’ jimpressjoni fis-surfing, fl-aħħar taqtiegħa fil-Billabong Pipe Masters fil-Hawaii. Fit-tielet round Slater irnexxielu jegħelb l-isfida tal-Franċiż Joan Duru, imma l-isfida prinċipali ser tkun mal-Amerikan…

Aktar