Ibburdjar MiddleSea
Rolex Middle Sea Race: Sitt xhur bogħod mill-ftuħ tat-42 edizzjoni

Fadal sitt xhur mill-bidu tat-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, li hi skedata għas-Sibt 23 ta’ Ottubru.

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, kollox jidher li miexi sew għall-aqwa tellieqa klassika li se tkun l-offshore, b’tul ta’ 606 mil nawtiku fil-Mediterran.

S’issa rreġistraw madwar 47 jott minn 17-il pajjiż differenti.

Wara s-suċċess tat-tellieqa tas-sena li għaddiet, ir-Royal Malta Yacht Club jinsab kunfidenti li jinsabu fit-triq it-tajba biex jattiraw flotta mdaqqsa, dejjem sa kemm tippermetti l-COVID-19.

Ir-Rolex Middle Sea Race tilqa’ diversi jottijiet u persuni minn diversi nazzjonijiet differenti.

 

Miktub minn...
TVM Sport