Ibburdjar
Rolex Sydney Hobart: Comanche għadu fuq quddiem bir-riħ inaqqas ħafna mill-veloċità tal-jottijiet

Fir-Rolex Sydney Hobart il-jott Comanche reġa’ mar fuq quddiem wara li fl-aħħar sigħat kien inqabeż minn Info Track. Kif kien mistenni r-riħ naqqas ħafna u l-jottijiet qegħdin isibuha diffiċli biex ibaħħru b’veloċità, tant li żgur mhux ser jinkiser ir-rekord imwaqaf mill-Comanche fl-2017. Sal-Ħamis filgħodu kien hemm mal-għoxrin jott li kellhom ċans jiksru r-rekord imwaqqaf sentejn ilu, imma l-organizzaturi bassru li r-riħ kellu jbiddel id-direzzjoni u jnaqqas, u li allura kienet ser tkun diffiċli għal kulħadd li jwaqqaf xi rekord ġdid.

Il-jottijiet jinsabu neżlin minn maġenb il-Gżejjer Flinders, imbagħad jgħaddu maġenb il-Gżira Cape Barren u l-Gżira Clarke biex imbagħad jaqbdu l-aħħar parti sakemm jaslu sa Hobart. Il-jott Comanche qiegħed fuq quddiem u qed jagħmel mat-22 knot, b’Info Track jinsab fit-tieni post u qiegħed itellaq b’19.6 knots. L-SHK Scallywag 100 qiegħed itellaq b’19-il knot segwit mill-Black Jack li qiegħed jagħmel 21.6 knots. Fir-raba’ post hemm il-Wild Oats XI li qiegħed maqtugħ mill-Comanche bi ftit aktar minn 12-il nawtiku.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Yachting Malta reċentement ospitat Riceviment ta’merbħa tas-sitt ediżżjoni tal-Beneteau Yacht Rendezvous. Dan l-avveniment annwali, kien fil-passat jiġi miżmum f’Mallora, iżda din is-sena Beneteau Yachts (Franza) ġabu dan l-avveniment f’Malta. Is-sitt…

Ibburdjar

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħhom, għall-2020, matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta ‘sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn. It-temp kien konsistenti…

Ibburdjar

Ibburdjar. Is-Super Maxi Jott Comanche rebaħ il-Line Honours tal-edizzjoni 75 edizzjoni tat-tellieqa prestiġjuża Sydney – Hobart. Din kienet it-tielet sena konsekittiva li dan il-Jott rebaħ il-Line Honours ta’ din it-tellieqa….

Ibburdjar

Mill-bieraħ bdiet it-tellieqa tant mistennija fl-ibburdjar minn Sydney sa Hobart. Din hija l-75 edizzjoni tas-Sydney Hobart, bil-Wild Oats XI għandu sfida diffiċli biex iżomm il-Line Honours wara li rebaħ dan…

Aktar