Futbol internazzjonali
Romagnoli l-eroj għall-Milan fir-rebħa kontra Genoa 2-1

Fis-Serie A, ilbieraħ filgħaxija, Milan għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba li kienet posposta aktar kmieni matul dan l-istaġun minħabba t-tiġrif tal-pont f’Genoa li ħalla diversi persuni mejta.

Fil-logħba tal-bieraħ Milan ma damux wisq biex fetħu l-iskor, għaliex wara biss 4 minuti Suso bi ġmiel ta’ xutt għeleb lill-goalkeeper u poġġa lill-Milan minn fuq. Fis-56 minuta Genoa għamlu l-iskor indaqs bl-għajnuna ta’ Romagnoli li tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 1-1. Imma l-istess Romagnoli kellu jkun il-bojja ta’ Genoa għaliex mad-90 minuta rnexxielu jitfa’ fix-xibka t-tajba u ta r-rebħa lill-Milan bl-iskor finali ta’ 2-1.

B’din ir-rebħa Milan telgħu fir-raba’ post tal-klassifika bi 18-il punt, l-istess daqs Lazio, u erba’ punti taħt Inter u Napoli.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Futbol internazzjonali

It-tim ta’ Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Kevin-Prince Boateng mingħand it-tim ta’ Sassuolo. Għalissa t-tim Katalan ħa lill-plejer Boateng b’self sa tmiem l-istaġun, imma jistgħu jagħmlu t-trasferiment permanenti għal €8…

Futbol internazzjonali

Fil-logħba li biha ngħalqet l-20 ġurnata tas-Serie A fl-Italja, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk s’issa huma rebħu 18-il logħba u ġew dro tnejn f’dan l-istaġun. It-tim t’Allegri…

Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni, Milan barra minn darhom għelbu lil Genoa bi skor ta’ 2-0. Borini fetaħ l-iskor fit-72 minuta u Suso rdoppja fit-83 minuta. Illejla, fit-20.30, Juventus jilqgħu…

Aktar