Formula 1
Romain Grosjean ineħħi l-faxex għall-aħħar darba

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Romain Grosjean tella’ ritratti fuq il-midja soċjali Twitter biex jiċċelebra t-tneħħija tal-faxex minn idejh għall-aħħar darba.

F’Novembru li għadda s-sewwieq kien involut fl-inċident ikrah fil-Grand Prix tal-Bahrain, meta fortunatament ħareġ qawwi u sħiħ mill-ballun tan-nar li l-karozza nqabdet fih. Is-sewwieq ta’ 34 sena kien sofra ħruq fit-tieni grad fuq wara tal-pali ta’ jdejh, u kien qed jirċievi t-trattament fl-Iżvizzera.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA