Futbol internazzjonali
Ronaldinho u ħuh jinħelsu mill-arrest fil-Paragwaj

L-ex stilla Brażiljan Ronaldinho Gaucho kien meħlus mill-ħabs u mqiegħed taħt house arrest l-Paragwaj wara li hu u ħuh ħallsu l-bail. L-ex Barcelona, PSG u Milan, li anke rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Brażil fl-2002, kien arrestat lura għas-6 ta’ Marzu flimkien ma’ ħuh Roberto Assis. Huma jinsabu mixlija li kellhom fil-pussess tagħhom passaporti foloz. Skont l-avukati tal-aħwa Brażiljani, l-arrest tagħhom kien arbitrarju, abbużiv u illegali.

Ronaldinho u Roberto kienu diġa’ talbu għall-ħelsien mill-arrest aktar kmieni matul Marzu, imma t-talba tagħhom kienet miċħuda. Fl-aħħar jiem huma ħallsu $1.6 miljun sabiex ingħataw il-ħelsien mill-arrest u minflok joqgħodu arrestati f’dar fil-Paragwaj. Skont l-Imħallef Gustavo Amarilla, mhemmx għalfejn li l-aħwa jibqgħu jinżammu l-ħabs, u tahom il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jħallux il-pajjiż sakemm jintemmu l-proċeduri kontrihom.

Mill-ħabs, Ronaldinho u Roberto marru f’lukanda t’erba’ stilel, fil-Palmaroga li tinsab f’Asuncion, fejn ser jinżammu taħt house arrest sakemm jinstema’ l-każ tagħhom. Filwaqt li ser ikunu taħt sigurtà stretta, huma ser ikollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ persuni oħra fil-lukanda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar