Futbol internazzjonali
Ronaldo jipprova jaqbeż għal Higuain sabiex is-sospensjoni ma tkunx waħda kbira

Kienet lejla li żgur irid jinsa malajr dik tal-Ħadd li għadda, għaliex għal Gonzalo Higuain l-affarijiet ma setgħux imorru aktar ħażin milli marru. Bħalissa Higuain jinsab ma’ Milan, b’sena self mingħand Juventus, u allura għalih il-logħba tal-Ħadd kienet tfisser ħafna, għax ċertament ried jipprova li hu għadu fl-aqwa tiegħu u li Juventus żbaljaw meta bagħtuh b’self ma’ tim ieħor mis-Serie A.

Imma għall-Arġentin ta’ 30 sena, il-lejla bdiet ħażin meta wara biss 8 minuti l-Milan spiċċaw b’gowl minn taħt, imma xaqq dawl deher fil-41 minuta, meta bl-għajnuna tal-VAR, ir-referee Paulo Mazzoleni ta penalty favur Milan. Biex żgur juri l-abilità tiegħu, Higuain resaq sabiex jagħti l-penalty, imma b’xokk kbir ra lill-goalkeeper u l-lasta jżommu l-ballun milli jispiċċa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima l-logħba kompliet ġiet għat-telgħa għall-Milan b’mod speċjali fil-81 minuta meta Juventus għamluhom tnejn, u minn hemmhekk is-sitwazzjoni għaqdet għal Higuain. Fit-83 minuta huwa għamel foul fuq Benatia u r-referee ħareġ il-karta s-safra. L-Arġentin ma qabilx mal-ammozzjoni, u kważi sfida lir-referee għaliex urih il-karta, b’Mazzoleni ma jaħsibiex darbtejn biex joħroġ il-karta l-ħamra mill-but l-ieħor u bagħat lil Higuain qabel sħabu fid-dressing room.

Hawnhekk Higuain intilef, b’ħafna għajjat u tixjir tal-idejn, u mbuttar fuq plejers oħra. L-ewwel infexx fir-referee Mazzoleni, imbagħad fi Cristiano Ronaldo, bil-Portugiż jibqa’ kalm filwaqt li beda jipprova jikkalma lil Higuain. F’kummenti li ta lill-media wara l-logħba, Ronaldo qal li beda jgħid lil Higuain biex jikkalma sabiex is-sospensjoni ma tkunx daqstant kbira. Pubblikament Ronaldo qal li jittama li s-sospensjoni ta’ Higuain ma ttawwalx ħafna, għaliex l-aħħar darba li għamel xi ħaġa simili, lura għal April 2016 meta kien għadu ma’ Napoli, huwa spiċċa weħed erba’ logħbiet sospensjoni, li mbagħad kienu mnaqqsa għal tlieta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-UEFA tat ftit tan-nifs lit-team taljan ta’ AC Milan hekk kif il-Club se jkun qed jingħata ċans itejjeb u jipprova jibbilanċja s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-UEFA permezz tal-kumitat…

Futbol internazzjonali

It-timijiet ta’ Manchester City, kemm tal- irgiel kif wkoll tan-nisa għamel diversi żjarat fi sptarijiet madwar il-belt, inkluż l-isptar tat-tfal. Pep Guardiola qatta ġurnata sħiha jiltaqa’ ma żgħażagħ u tfal…

Futbol internazzjonali

Wara l-logħba tal-bieraħ tal-UEFA Europa League bejn Vidi u Chelsea li ntemmet 2-2, il-klabb Ingliż wiegħed li ser jieħu l-azzjonijiet kollha possibbli kontra l-partitarji li ser jinqabdu li kantaw lirika…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, qal li l-maġġoranza tal-federazzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja huma favur li t-Tazza tad-Dinja li ser issir fil-Qatar fl-2022 jipparteċipaw fiha 48 tim. S’issa, fit-Tazza tad-Dinja kienu jipparteċipaw…

Aktar