Futbol internazzjonali
Ronaldo mhuwiex ser jingħaqad ma’ Barcelona

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil Cristiano Ronaldo mingħand Juventus, u kienu ħafnu s-segwaċi tal-futbol li kienu diġà bdew jimmaġinaw lill-Portugiż u lil Lionel Messi fl-istess tim.

Juventus kienu akkwistaw lil Cristiano Ronaldo għal raġuni waħda, għax riduh jgħinhom u jwassalhom għar-rebħ taċ-Champions League, imma wara li kienu eliminati mill-kompetizzjoni aktar kmieni, bdew ifeġġu stejjer li l-Portugiż seta’ jitlaq lil ta’ La Vecchia Signora. Imma dawn l-istejjer kollha kienu mxejna minn sorsi qrib Ronaldo li għamluha ċara li l-plejer m’għandux ħsieb iħalli lil Juventus u li dawn huma kollha qlajjiet.

Il-ġurnalist Guillem Balague kien qiegħed jgħid li Juventus ukoll kienu interessati li jneħħu lil Ronaldo sabiex inaqqsu mill-pagi eżorbitanti li jħallas il-klabb, bil-Portugiż għandu kuntratt magħhom 2022. Ronaldo jaqla’ mat-£28 miljun fis-sena u fl-aħħar jiem Juventus kienu kklasifikati mal-ewwel tliet timijiet fl-Ewropa li jħallsu pagi massiċċi lill-plejers tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar