Futbol internazzjonali
Ronaldo mitlub jagħti kampjun tad-DNA lill-pulizija ta’ Las Vegas
Il-pulizija ta’ Las Vegas ser tkompli bl-istħarriġ tagħha dwar l-allegat stupru ta’ Cristiano Ronaldo fuq Kathyrn Mayorga u issa ser tkun qiegħda titlob id-DNA tal-istilla Portugiż sabiex tkompli l-investigazzjoni. L-avukati ta’ Ronaldo qalu li l-klijent tagħhom m’għandu l-ebda problema sabiex jipprovdi kampjun tad-DNA u ser ikun qiegħed jagħmel dan fil-jiem li ġejjin.
Rapport li deher fil-Wall Street Journal qiegħed jgħid li l-awtoritajiet ta’ Nevada diġa’ indikaw li jridu d-DNA ta’ Ronaldo mingħand l-awtoritajiet Taljani. Dan il-kampjun ser ikun qiegħed jitqabbel mad-DNA li hemm f’kaxxa li għandha f’idejha l-pulizija, u li kienet provduta bħala evidenza minn Mayorga. Jidher li f’din il-kaxxa hemm libsa li allegatament għandha d-DNA ta’ Cristiano Ronaldo fuqha.
L-avukati tal-Portugiż qegħdin jisħqu li dak li seħħ bejn Ronaldo u Mayorga kien bil-kunsens tat-tnejn li huma, imma l-Amerikana qiegħda tgħid li Cristiano stupraha lura għall-2009 wara li t-tnejn li huma ltaqgħu f’diskoteka f’Las Vegas. Allegatament, Ronaldo ħallas madwar €260,000 biex qatta’ lejl ma’ Mayorga, imma l-Amerikana qiegħda tgħid li dak il-kunsens u arranġament m’għadux jgħodd.
Il-pulizija ta’ Las Vegas qalet li ser tkun qiegħda titkellem ma’ kull parti involuta sabiex tasal għal deċiżjoni infurmata dwar jekk l-allegazzjonijiet ta’ Mayorga humiex minnhom jew le.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League kontra F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Il-poloz ittellgħu llum wara nofsinhar, fil-kwartiera tal-UEFA, f’Nyon, fl-Iżvizzera. Ftit tal-ħin wara, ttellgħu…

Futbol internazzjonali

Michel Platini, l-ex President tal-UEFA, inżamm taħt arrest mill-Pulizija Franċiża, wara allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-mod kif ingħatat it-Tazza tad-Dinja tal-2022, lil Qatar. L-aħbar ta’ Platini ħarġet l-ewwel fis-sit Mediapart u…

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ġappun 0  Ċili 4 Iċ-Ċili fetħu l-impenji tagħhom fil-Copa America bl-aħjar mod possibbli meta fl-ewwel logħba minn Grupp Ċ huma għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 4-0. Pulgar fetaħ l-iskor…

Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Aktar