Futbol internazzjonali
Ronaldo u Rodriguez itellgħu l-udjenzi televiżivi ta’ San Remo għall-aqwa ċifri fl-aħħar 13-il sena

Cristiano Ronaldo u s-sieħba tiegħu Georgina Rodriguez tellgħu n-numru ta’ telespettaturi għall-aqwa ċifri fuq l-istazzjoni nazzjonali Taljan, ir-Rai, għal dawn l-aħħar 13-il sena.

Il-media fl-Italja qed tirraporta li l-preżenza tal-koppja tellgħet udjenza televiżiva ta’ 9,836,000 telespettur fuq it-televiżjoni. Din iċ-ċifra ntlaħqet fil-mument meta Rodriguez ħarġet fuq il-palk mal-preżentatur Amadeus u meta l-istess preżentatur deher nieżel it-taraġ tal-Ariston jieħu b’idejn Ronaldo u jitolbu jiffirmalu fuq quddiem tal-flokk ta’ Juventus li kien liebes.

L-aħħar ċifri ta’ telespettaturi li segwew it-tielet ġurnata ta’ San Remo u li kienu viċin daqs tal-bieraħ tmur lura għall-1997, meta dakinhar il-festival kien ġie ppreżentat minn Mike Bongiorno u Piero Chiambretti. Dik is-sena, il-festival ta’ San Remo kien intrebaħ mill-kantanta Jalisse bid-diska, ‘Fiumi di Parole’ u kien laħaq udjenza rekord ta’ 9,409,000.

Il-festival ta’ San Remo ta’ din is-sena qed ikun dedikat għas-suċċessi kbar tal-mużika Taljana ta’ matul is-snin.

Ilbieraħ, kien mistieden ukoll biex jagħti spettaklu qasir, il-komiku Taljan Roberto Begnini.

Qed jiġi rrapurtat li l-preżenza ta’ Georgina Rodriguez fuq il-palk, swiet lill-organizzaturi €140,000 bħala kumpens.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-klabb Spanjol ta’ Real Betis ħatru lil Manuel Pellegrini bħala l-kowċ tagħhom. Pellegrini ffirma kuntratt ta’ tliet snin mat-tim ta’ La Liga. L-ex kowċ ta’ Real Madrid, Manchester City u…

Futbol internazzjonali

Wara l-partita tal-bieraħ kontra Bournemouth, Jose Mourinho, manager ta’ Tottenham niżel għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-partita iżda din ma damitx wisq. Jidher li waqt il-konferenza żviluppat ħsara teknika fis-sound, tant…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Liverpool Jordan Henderson mhux se jilgħab għall-kumplament tal-istaġun minħabba injury fl-għaksa. Liverpool fadallhom jilagħbu erba’ partiti sakemm jingħataw it-trofew għat-titlu ta’ champions. Minkejja dan, Henderson se jkun qed…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar, f’Nyon, fl-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League mill-kwartit tal-finali ’l quddiem. Wolfsburg jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk u r-rebbieħ bejn dawn jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Eintracht Frankfurt u…

Aktar