Futbol internazzjonali
Ronaldo u sħabu jħallu r-Russja biex jirritornaw lura d-dar

Il-kontinġent tal-Portugall beda triqtu lura d-dar wara t-telfa u l-eliminazzjoni mal-Urugwaj.

L-għada tat-telfa mas-Sud Amerikani ħafna rrimarkaw il-wirja deludenti ta’ Cristiano Ronaldo mgħasses kontinwament minn Diego Godin u bħal ma’ ġara spiss f’edizzjonijiet preċedenti, Portugall ibatu biex jiskurjaw kull meta Ronaldo ma tkunx il-ġurnata tiegħu.

Cristiano Ronaldo għen lil Portugall isiru Champions tal-Ewropa sentejn ilu fi Franza fejn anke dakinhar il-problemi offensivi ma naqsux wara tliet draws fil-fażi tal-gruppi li matulhom naqsu li jikkonvinċu.

L-istilla ta’ Real Madrid intant naqas li jagħti dettalji dwar il-futur tiegħu mat-Team Nazzjonali Portugiż.

Għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar Ronaldo jkollu l-eta ta’ sebgħa u tletin sena madankollu għadu ma kkomettix ruħu dwar x’se jagħmel.

Tenna li mhux il-mument li jitkellem dwar il-pjanijiet għal-futur, żied jgħid li dan it-team Portugiż jibqa jitqies bħala wieħed mill-aqwa nazzjonijiet fid-dinja tal-football, team magħmul minn players ambizzjużi u bija jew mingħajri dan it-team se jerġa jirbaħ fil-futur u jagħmel mill-ġdid kburi lill-poplu Portugiż.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-FIFA Football Awards li se tippremja l-aħjar player tal-istaġun 2017/18. Is-serata tal-lejla tibda fit-8.30pm qed tiġi mxandra diretta fuq TVM2. Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti interessanti li ntlagħbu llum: Fid-derby ta’ Londra, draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Chelsea f’partita li minkejja li t-tim ta’ Sarri kellu l-aktar…

Futbol internazzjonali

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin. Infantino kien…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Erba’ partiti li ntlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar mill-ħames ġurnata. Napoli ħadu rebħa tajba u importanti meta barra minn darhom għelbu lil Torino bi skor ta’ 3-1….

Aktar