Futbol internazzjonali
Rooney jgħid li l-pressjoni li qed jitfa’ l-pubbliku fuq il-plejers professjonali biex jaqtgħu mis-salarji tagħhom hi xi ħaġa tal-mistħija

L-ex captain tal-Ingilterra Wayne Rooney qal li l-pressjoni li qed jitfa’ l-pubblika fuq il-plejers professjonali biex jaqtgħu mis-salarji tagħhom hi xi ħaġa tal-mistħija.

Rooney qal dan f’intervista mas-Sunday Times ta’ Londra.

Il-Ministru tas-Saħħa fl-Ingilterra Matt Hancock, il-ġimgħa l-oħra qal li l-plejers tal-Premier League Ingliż għandu jitnaqqsilhom is-salarju u li kienu bdew diskussjonijiet għal 30 fil-mija tnaqqis.

Rooney qal li Hancock tkellem b’dan il-mod biex jiddevja l-attenzjoni minn fuqu minħabba l-problemi li għandu bil-coronavirus li nfirex mal-Ingilterra.

Rooney qal li hu faċli għal kulħadd biex joħroġ jattakka l-ewwel lill-plejers tal-futbol minn madwar id-dinja.

Il-futbol fl-Ingilterra jinsab sospiż u s’issa m’hemmx data meta se jerġa’ jibda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ġew antipati d-dati taż-żewġ logħbiet tat-tieni legs tas-semi finali tal-Coppa Italia tal-istaġun 2019/20 Id-dati riveduti huma dawn: Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Semifinali Juventus-Milan (l-ewwel leg 1-1) Is-Sibt 13 ta’ Ġunju,…

Futbol internazzjonali

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom…

Futbol internazzjonali

Hekk kif illum mistennija joħorġu l-fixtures riveduti għat-tkomplja tal-kampjonat Premier Igliż ġie approvat ir-regolament tal-ħames sostituzzjonijiet f’kull logħba. Il-Premier League approva wkoll li kull team jista’ jniżżel fuq il-bank tas-sostituti…

Futbol internazzjonali

Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju mal-plejer Ġermaniż Timo Werner li jilgħab ma’ RB Leipzig. Skont Sky Sports, fil-15 ta’ Ġunju li ġej, tiskadi l-klawsola tar-release tal-plejer li tgħid li jridu jitħallsu…

Aktar