Futbol internazzjonali
Rooney jiskorja ġmiel ta’ freekick ma’ D.C. United

Fl-Istati Uniti tkompli l-forma mill-aqwa tal-attakkant Ingliż Wayne Rooney, fejn matul dan l-istaġun diġa’ skorja 10 gowls mat-tim ta’ D.C. United. Meta Rooney kien ingħaqad mat-tim ta’ D.C. United, huma kienu fl-aħħar pożizzjonijiet tal-klassifika, imma minn hemm ‘il quddiem, l-Ingliż tahom ħajja ġdida u issa qegħdin jisfidaw għal post fil-playoffs. Wayne Rooney kien l-istilla tat-tim b’rebħa ta’ 1-0 kontra Toronto FC ilbieraħ u skorja ġmiel ta’ freekick mid-distanza. Għalkemm kien ‘il bogħod mhux ħażin mil-lasta, fit-18-il minuta Rooney spara l-ballun fix-xibka, wara li Zoltan Stieber irnexxielu jirbaħ il-freekick. Rooney prova jiskorja t-tieni fl-74 minuta, imma l-goakeeper avversarju kien attent sabiex isalva.

B’din ir-rebħa, D.C. United jinsabu erba’ punti fuq it-tim ta’ Montreal Impact fis-sitt post, l-aħħar pożizzjoni tal-playoffs tal-Eastern Conference. Barra minn hekk jinsabu punt biss taħt it-tim ta’ Colombus li jinsabu fil-ħames post meta fadal biss żewġ logħbiet sabiex jintemm il-kampjonat. It-tim ta’ D.C. United ħa erba’ rebħiet infila u ilu ma jitlef tmien logħbiet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-logħba tal-bieraħ filgħaxija bejn Napoli u Lazio ma kienet xejn feliċi għall-plejer Francesco Acerbi, għax mhux talli t-tim tiegħu kien fuq in-naħa telliefa, imma hu spiċċa mkeċċi fl-aħħar 20 minuta…

Futbol internazzjonali

Fl-Istadio San Paolo, ilbieraħ filgħaxija, Napoli għelbu lil-Lazio bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk żammew il-pass xi ftit ma’ Juventus li jilagħbu llejla. Napoli kellhom l-ewwel taqsima sodisfaċenti ħafna, tant li…

Futbol internazzjonali

Slovan Bratislava tas-Slovakkja u Zbrojovka Brno tar-Repubblika Ċeka se jikkontestaw il-finali tal-ewwel edizzjoni tat-TipSport Malta Cup nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali. Fis-semifinali tal-lum Slovan għelbu lit-team tas-Superliga…

Futbol internazzjonali

Partita drammatika bl-eroj tal-ġurnata ma jkun ħadd għajr il-plejer Portugiż ta’ Wolves Diogo Jota . Wolves daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn fuq bi Diogo Jota jsib ix-xibka wara erba’ minuti…

Aktar