Sports Internazzjonali
Rosberg iwaqqaf tim ġdid fl-Extreme E Racing Series

L-ex Champion tal-Formula Wieħed Nico Rosberg se jwaqqaf it-tim tiegħu għal Extreme E racing series.

L-off-road series diġa attira diversi ismiiet kbar fid-dinja tal-veloċita fosthom is-sitt darbiet champion tad-dinja fil-Formula Wieħed Lewis Hamilton.

Rosberg Extreme Racing se jkun id-disa tim li se jirreġistra l-parteċipazzjoni tiegħu f’dawn it-tlielaq li jsiru f’zoni remoti anke biex titqajjem aktar kuxjenza fejn tidħol it-tibdil fil-klima.

Rosberg magħruf għal battalji tiegħu fil-Formula Wieħed ma’ Lewis Hamilton fiz-zmien li t-tnejn kienu sħab jew aħjar kollegi ta’ xulxin mal-Mercedes bejn l-elfejn u tlettax u l-elfejn u sittax 2013 – 2016, perjodu dominanti ferm għal dan it-tim fil-Formula Wieħed.

Miktub minn...
Rodney Vassallo