
Rowen Muscat lura ma’ Birkirkara ?
Rowen Muscat inħall mill-kuntratt tiegħu mat-team ta’ Dunaújváros tal-Ungerija. Fl-aħħar jħimgħat Muscat kien żvela l-problemi li kien qed ikollu fl-Ungerija fejn fost l-oħrajn kien qal li t-team ma kienx qed jonora l-pagamenti tal-players. Muscat kiseb ir-release f’idejħ u mistenni jirritorna Malta fejn żgur se jkun qed jitkellem ma’ diversi teamijiet f’Malta sabiex dawn jakkwistaw is-servizzi tiegħu sal-aħħar tal-istaġun.
Għalkemm Birkirkara l-eks team tiegħu hu favorit li jikseb il-firma tal-player teamijiet oħra mhux se joqgħodu lura milli jkellmuh. Fost dawk li żgur se jkunu qed ikellmu lil Muscat se jkun hemm Żebbuġ Rangers b’dawn tal-aħħar iridu jkomplu jisaħħu sabiex jippruva isalvaw.