Sports Internazzjonali
Roxana Howlett tirbaħ il-kampjonati nazzjonali tal-iskateboarding tar-Renju Unit minn ġol-bitħa tad-dar

Għalkemm ir-Renju Unit jinsab f’lockdown, l-iskateboarder Roxana Howlett xorta rnexxilha tirbaħ titlu nazzjonali fi tmiem il-ġimgħa. L-organizzaturi ta’ Sketaboard England kellhom jikkanċellaw il-kampjonati nazzjonali tal-iskateboarding minħabba l-coronavirus, li kienu validi għall-kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi ta’ Tokjo. Suppost il-kampjonati nazzjonali kellhom isiru f’Manchester, imma l-organizzaturi ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa differenti. Minflok f’Manchester, il-kompetizzjoni saret virtwalment, kulħadd minn daru.

L-iskatebaorders kellhom jiffilmjaw lilhom infushom jagħmlu xi mossa jew rutina bl-iskateboard tagħhom id-dar, imbagħad itellgħuha online sabiex il-pubbliku seta’ jiddeċiedi liema mossa jew rutina kienet l-aħjar. Il-ġurija kienet differenti, għaliex filwaqt li s-soltu jkun hemm ġurati apposta, did-darba kien il-pubbliku li ta l-ġudizzju tiegħu. U t-tifla t’10 snin minn Exeter, Roxana Howlett, ġabet l-akbar ammont ta’ voti u rebħet it-titlu femminili. Għalkemm rebħet il-flus li kienu assoċjati mar-rebħ ta’ dan l-unur, hi ma ħadet l-ebda punti ta’ kwalifika għall-Olimpjadi ta’ Tokjo.

Il-kategorija tal-irġiel kienet mirbuħa minn Alex Decunha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Gvern tal-Awstrija ta l-permess biex isiru t-tlielaq tal-Grand Prix tal-Formula 1 fil-pajjiż f’Lulju li ġej. It-tlielaq huma skedati għal bejn il-5 u t-12 ta’ Lulju u jsiru mingħajr partitarji fiċ-ċirkwit…

Sports Internazzjonali

Skond il-magazine influenti Forbes it-Tennista Żvizzeru Roger Federer tul is-sena 2019 qala’ €95 miljun u tela’ fil-quċċata tal-lista bħala l-iktar sportiv li qala’ flus. Minn dawn il-€95 miljun kważi €90…

Sports Internazzjonali

Iċ-champion dinji Magnus Carlsen rebaħ l-ewwel logħba minn tlieta fis-semifinali tal-Lindores Abbey Rapid Challenge. Kontra l-Amerikan Hikaru Nakamura, in-Norveġiż ma tantx kellu problemi biex jirbaħ il-logħba u issa hemm stennija…

Aktar