Futbol internazzjonali
Roy Keane jgħid li wara l-partita, de Gea u Maguire kellhom imorru lura f’Manchester, b’taxi

L-ex plejer u captain ta’ Manchester United u l-Irlanda, Roy Keane, reġa’ kellu kliem iebes ħafna u ta’ kritika lejn uħud mill-plejers tar-Red Devils.

F’kummenti li ta lil SKY Sports, Keane qal li l-gowlkiper David de Gea u l-captain Harry Maguire, wara l-partita, kellhom imorru lura d-dar b’taxi u mhux mal-bus tal-plejers.

Keane qal dawn il-kummenti meta kien mistoqsi opinjoni fuq il-gowl tal-vantaġġ ta’ Tottenham, skurjat minn Steve Bergwijn, li qabeż b’faċilità kbira lid-difensur tal-Ingilterra, ixxuttja ċentralment u rnexxielu jiskurja xorta waħda.

Keane, rebbieħ ta’ seba’ kampjonati ma’ Manchester United, qal ż-żewġ plejers għandhom jaħbu wiċċhom minn kulħadd bil-mistħija.

Miktub minn...
TVM Sport