Ibburdjar
Royal Malta Yacht Club: Jinfetaħ l-istaġun bl-isport Boat Class – Grand Harbor Marina – Act 1

Il-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club ġie mniedi fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bit-tellieqa Sport Boat Class – Grand Harbor Marina – Act 1.

Il-Klassi Boat Sport ġiet imwaqqfa reċentement minn grupp ta’ dilettanti tal-ibburdjar li ħassew li kien hemm opportunità sabiex din il-klassi partikolari tikber.  Il-Klassi tapplika għal-dawk id-dgħajjes ta’ bejn 20 u 30 pied.

L-ewwel tellieqa tal-istaġun kienet sponsorjata mill-Grand Harbour Marina u rat sitt dgħajjes jieħdu sehem. Għalkemm il-pjan kien li t-tlielaq jinfirxu bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-kundizzjonijiet tat-temp ħżiena mbassra għall-Ħadd rat lil-organizzaturi jisfruttaw il-kundizzjonijiet favorevoli tas-Sibt u biex b’hekk ikkonkludew ħames tlielaq is-Sibt.

Matul il-ġurnata, il-flotta laqgħat ukoll tlett dgħajjes mill-Grand Harbour Marina. L-ekwipaġġi kienu magħmula min tnax il-kaptan u ekwipaġġi tas-superyachts.  Sitt jottijiet irmeġġiati fil-Marina stess, ntbatu fuq rotta lejn il-Munxar.

Wirja ta’ klassi kienet dik ta’ Paul Borg Cardona (Farr Out) u l-ekwipaġġ tiegħu li rebħu it-tlielaq kollha.  Minkejja ir-rebħiet tagħhom, it-tellieqa kienet missielta sew specjalment mill-ekwipaġġi ta’ Robert Ciantar (Seriously Bonkers) u Adrian Gauci Borda (Maltese Musketeers) li it-tnejn taw prestazjoni konsistenti. Ciantar u Gauci Borda spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

“Kellna tmiem il-ġimgħa meraviljuż, mhux biss għall-isfidi li kellna fuq li-ilma, iżda wkoll l-atmosfera u l-uċuh ġodda li ngħaqdu magħna. Nirringrazzjaw lir-Royal Malta Yacht Club u il-Grand Harbour Marina tal-appoġġ tagħhom” – Paul Borg Cardona.

“L-għan tal-Klassi Boat Sport huwa li jipprovdi iktar opportunitajiet lis-sidien biex jtellqu flimkien. Is-sena li għaddiet organizzajna żewġ avvenimenti zgħar sabiex nintroduċu il-Klassi. Dawn ġew milqugħa tajjeb u l-ewwel avveniment ta’ din is-sena kien suċċess ieħor “, ikkummenta Robert Ciantar, wieħed mill-Uffiċjali tal-Klassi “Din is-sena għandna kalendarju sħiħ skedat. Nittamaw li l-entużjażmu li wrew l-ekwipaġġi nhar is-Sibt ser jinfirex m’ekwipaġġi oħra sabiex din il-Klassi tkompli tikber. Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzja lil-Kumitat Organizzattiv, voluntiera, ir-Royal Malta Yacht Club għall-appoġġ loġistiku tagħhom u naturalment il-Grand Harbour Marina li sponsorjata dan l-avveniment “.

Hekk kif spiċċaw it-tlielaq, l-ekwipaġġi ġew milqugħa b’riċeviment offrut mil-Grand Harbour Marina, Bradbury Yacht Concierge u No12 Fine Wines.  Il-grupp lokali BNBees, b’għażla ta’melodiji popolari u klassiċi għalqu l-avveniment.

It-Tellieqa li jmiss tal-Klassi Sport Boat ser issir fl-24 u 25 ta’Frar 2018. Aktar tagħrif jinstab fuq www.rmyc.org jew fuq il-paġni Facebook tar-Royal Malta Yacht Club u l-iSport Boat Class – Malta.

Riżultati – Sport Boat Class – Grand Harbour Marina – Act 1

L-Ewwel Post –  Farr Out (Paul Borg Cardona, Nicky Vassallo, Isaac Saliba, Alan Tabone Ferrante)

It-Tieni Post –  Seriously Bonkers (Robert Ciantar, Jan Rossi, Duncan Camilleri, Ray Gerada)

It-Tielet Post – Maltese Musketeers (Adrian Gauci Borda, Nicolai Portelli, Pierre Mifsud, Simon Posjak)

Miktub minn...
TVM Sport