Rugby
Rugby Australia se jneħħu terz mill-impjegati tagħhom

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby se jneħħu terz mill-impjegti tagħhom biex jilqgħu għall-impatt negattiv li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19.

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby ħabru li 47 impjegat minn 142 full-timer se jkunu qed itemmu l-impjieg tagħhom fix-xhur li ġejjin.

30 kuntrattur ieħor u ħaddiema każwali kellhom ix-xogħol tagħhom terminat b’mod immedjat.

F’Mejju li għadda, l-Assoċjazzjoni tar-rugby fl-Awstralja ħabbret li kellha telfa ta’ madwar €70 miljun.

Miktub minn...
TVM Sport