Rugby
Rugby: Eddie Jones jestendi l-kuntratt bħala kowċ tat-team Nazzjonali Ingliż

Il-kowċ Eddie Jones laħaq ftehim sabiex jestendi l-kuntratt tiegħu hu jibqa’ jmexxi lit-team Nazzjonali tar-Rugby Union tal-Ingilterra għal erba’ snin oħra. Issa Jones se jkun qed imexxi lit-team Nazzjonali Ingliż sas-sena 2023.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Jones qal li qatt ma emmen li seta’ jagħmel żewġ termini fit-tmexxija ta’ dan it-team.

Il-Kuntratt tiegħu issa se jwasslu sat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tas-sena 2023.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.