Rugby
Rugby Europe: Stennija kbir għal-logħba tas-Sibt fis-2pm Malta – Bożnja Herż

Rugby: Stennija kbira għada għal-logħba tat-team Nazzjonali Malti tar-Rugby hekk kif il-Maltin jaffrontaw lil Bosnia Herzegovina fil-Hibernians Stadium f’Kordin.

Il-logħba li hi logħba ta’ kwalifikazzjoni tar-Rugby Europe International Championship hi t-tieni waħda ta’ dan il-grupp wara li l-ġimgħa l-oħra l-Maltin kisbu rebħa away kontra kontra Iżrael 21 għal 14.

Għal logħba ta’ għada l-kowċ Nazzjonali Damien Neil se jerġa’ jagħmel użu minn ammont konsiderevoli ta’ players Maltin lim jilagħbu fil-kampjonat malti li qed ikomplu jitħalltu mal-players ibbażati fir-Renju Unit u oħrajn.

Malta – Bożnja Ħerżegovina għada fos-2pm fil-Hibernians Stadium Kordin.

Miktub minn...
TVM Sport
.