Rugby
Rugby: Franza bl-istess formazzjoni għall-partita ta’ għada kontra Wales mis-Six Nations League

Il-kowċ Franċiż Fabien Galthie se jżomm l-istess formazzjoni li beda biha kontra l-Ingilterra, biex għada Franza jaffaċċjaw lil Wales f’logħba mis-Six Nations League.

Galthie qal li t-tim nazzjonali Franċiż huwa b’saħħtu biżżejjed li fil-ġurnata jista’ jegħleb lil kull avversarju.

Jekk Wales jirnexxilhom jirbħu f’Pariġi, allura jkunu rebħu l-Grand Slam.

Min-naħa l-oħra, Franza jistgħu jżommu t-tamiet ħajjin jekk kemm-il darba jirbħu kontra Wales u l-Iskozja.

 

Miktub minn...
TVM Sport